Wara l-iżviluppi mill-Qorti relatati mal-każ ta’ Francine Farrugia, li seħħew aktar kmieni llum, il-Partit Nazzjonalista għamel kuntatt mal-Avukat tagħha u ġie infurmat li Farrugia irriżenjat minn kull kariga fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, kif ukoll minn Kunsilliera fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
Dan intqal mill-Partit Nazzjonalista fi stqarrija. Intant fil-Qorti, illum ħareġ li hi użat xi flus biex tixtri proprjetà u karozzi, waqt li aktar minn €100,000 intefqu fil-ħanut lussuż ta’ Harrods f’Londra. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Wayne Rodney Borg spjegat li bħala manager fid-dipartiment tal-pagi tal-MCAST, kellha aċċess fil-pagi.
Ingħad li f’episodju minnhom, Francine Farrugia għaddiet lilha nnifisha s-somma ta’ €422,420 fil-kont bankarju tagħha.