Friday, August 8, 2025

Wara li Kunsilliera tal-PN ġiet mixlija bi frodi ta’ €2.3miljun… Adrian Delia jipprova jwaħħal fil-Ministru

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ Il-Kunsilliera Nazzjonalista fiis-Siġġiewiu eks kandidata tal-istess partit fl-aħħar elezzjoni ġenerali Francine Farrugia baqgħet tinżamm arrestat wara li tressqet il-Qorti mixlija b’każ ta’ frodi li jammonta għal madwar €2.3 miljun, l-eks Kap Nazzjonalista f’kitba fuq il-midja soċjali pprova jitfa’ t-tort fuq il-ministru tal-Edukazzjoni.

Delia kiteb li għalkemm il-ġustizzja trid issir skont il-liġi, u kull min jabbuża għandu jġorr ir-responsabbiltà tiegħu, ikun min ikun, “irridu nistaqsu wkoll: kif seta’ jseħħ dan f’istituzzjoni pubblika għal żmien twil mingħajr ma ħadd induna?

Il-Ministru ma jistax jaħsel idejh billi jesprimi biss diżappunt. Bid-diżappunt biss ma nevitawx l-abbużi.”

Min-naħa tiegħu Alex Borg kiteb li “aħna qegħdin fil-politika biex nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies, biex noħolqu opportunitajiet għal kulħadd, inwieżnu lil min jeħtieġ, u naraw li jkollna pajjiż b’reputazzjoni b’saħħitha. Min hu uffiċjal fil-ħajja pubblika jew politiku biex jistagħna hu – postu mhux fil-politika jew fl-irwol li għandu. 

Għalhekk jien nibqa’ neżiġi l-ogħla standards minn dawk li jkunu ta’ servizz għan-nies, kemm jekk huma politiċi jew uffiċjali pubbliċi.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport