Inter Miami jinsabu viċin li jiksbu s-servizzi tal-attakkant veteran mill-Urugwaj Luis Suarez. Dan tal-aħħar bħalissa qed jilgħab ma’ Gremio fil-Brażil bid-diriġenti Amerikani li kitbulhom uffiċjalment li jinsabu interessati fi Suarez.
B’hekk it-tim minn Miami se jkun qed jieħu plejer ieħor prestiġġjuż wara Lionel Messi u Sergio Busquets. Bosta kritiċi tal-futbol Spanjoli irrimarkaw li t-trio li tant kien ipaxxi l-għajn ma’ Barcellona issa se jkun qed jagħmel dan fl-Istati Uniti fil-Major League Soccer.