Friday, October 25, 2024

Wara r-riħ qawwi, ħarġet ix-xemx… iżda mhux se ddum ħafna

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, il-gżejjer Maltin kienu milqutin minn riħ qawwi ħafna. Iżda hekk kif beda joqrob nofs il-jum, ħarġet ix-xemx u kien hemm diversi Maltin u Għawdxin li ħadu l-opportunita li jmorru mixja fil-kampanja.

Iżda x-xema ma tantx se ddum fuqna hekk kif is-sit l-Aġġornament tat-Temp qed ibassar li minn nhar it-Tlieta filgħaxija pajjiżna se jkun taħt sistemi ta’ insabbilita u din se tkun mifruxa fuq diversi jiem.

Il-qofol tal-maltemp se jkun bl-aktar intensita minn nhar l-Erbgħa fejn hi prevista xita b’riħ mil-Lvant. Il-qofol ta’ din is-sistema ta’ insabbilita se tkun it-Tnejn 30 ta’ Jannar meta se jerġa’ jkollna riħ qawwi ħafna u anke kiesaħ.

Dan kollu se jiżviluppa kważa ta’ instabbilita li niżlet mill-Antartiku u se toħloq pressjoni baxxa fil-Lvant ta’ Malta nhar l-Erbgħa li ġej. Imbgħad bħal lum ġimgħa se tinħloq ukoll pressjoni baxxa din id-darba fil-Punent tal-gżejjer Maltin.

Intant it-temp għal għada mistenni li jkun ftit jew wisq imsaħħab filgħodu b’ħalbiet tax-xita iżolati, li jsir imsaħħab u bix-xita wara nofsinhar, b’ħalbiet iżolati żgħar filgħaxija. Ir-riħ se jkun Punent il-Lbiċ forza 4 filgħodu li jdur Punent Majjistra filgħaxija forza 4 għal 5.

Sport