Saturday, February 21, 2026

“Warajk sa ma ssir ġustizzja miegħek u mal-familja tiegħek Joseph Muscat”- L-MEP Daniel Attard

Aqra wkoll

Warajk sa ma ssir ġustizzja miegħek u mal-familja tiegħek Joseph Muscat. Dan kien il-messaġġ li wassal l-MEP Daniel Attard permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.

Dan wara li lbieraħ l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jappella minn sentenza li ngħatat ilbieraħ filgħodu stess mill-Qorti. Muscat ħabbar dan f’kitba fuq il-midja soċjali, fejn qal li jinnota u li bħal dejjem jirrispetta s-sentenza tal-Qorti.

Dan f’sentenza li ngħatat dalgħodu mill-Imħallef Giovanni Grixti b’rabta ma’ każ, fejn l-eks Prim Ministru Muscat ressaq każ b’rabta ma’ ksur ta’ drittijiet dwar l-inkjesta tal-isptarijiet.

F’din il-kitba, Joseph Muscat temm jgħid li jħares ’il quddiem li jkompli juri l-mod pervers kif saru manuvri vendikattivi fil-konfront tiegħu u tal-familja tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport