Ward 3 tal-Isptar Mater Dei kellha tingħalaq b’mod temporanju bħala miżura prekawzjonali wara li pazjent irriżulta pożittiv għall-Covid-19.
Qed ikun rapportat li l-pazjent inkwisjtoni huwa turist li attenda l-party Hotel Takeover.
Jidher li l-pazjent ma kienx f’kuntatt ma’ pazjenti oħrajn, madankollu tobba u infermieri li ġew f’kuntat miegħu kienu mitlubin li jibqgħu fi kwarantina sakemm jagħmlu s-swab test meħtieġ biex ikun determinat jekk huma ġewx ukoll infettati bil-Covid-19.
Intant il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna tela’ għal 27 wara li llum kien rapportat każ ieħor li jagħmel parti minn cluster ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 mill-party Hotel Takeover.