Saturday, December 21, 2024

Warren Sciberras magħżul bħala s-sewwieq tal-ġurnata fi tlielaq fl-Ingilterra

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-sewwieq Malti Warren Sciberras saq fit-tlielaq tas-Saloons ġewwa Snetterton ma’ T4 Motorsport is-Sibt u l-Ħadd 27 u 28 ta’ Awwissu.

Il-ġurnata tas-Sibt kienet maqsuma f’sessjoni ta’ kwalifikazzjoni ta’ 20 minuta u tlett tiġrijiet ta’ 25 minuta. Mark Havers kien l-ewwel fil-karozza segwit minn Warren. It-tim spiċċa fid-disa’ post fuq grid ta’ 21 karozza, riżultat li poġġihom fi klassi ma’ BMWs b’aktar potenza sinifikanti.

Fil-bidu tal-ewwel tiġrija, Warren tilef ftit postijiet iżda ma damx ma stabbilixxa ruħu u reġa’ kiseb il-postijiet li tilef. Warren spiċċa fi tmien post, u is-sitta fil-klassi.

Warren beda minn wara għat-tielet u l-aħħar tiġrija peress li tilef it-tiġrija ta’ qabel. Madankollu, Warren kompla juri r-ritmu tiegħu u mexa ‘l quddiem, stabbilixxa l-aktar ħinijiet veloċi, dawra wara dawra. L-aktar ħin veloċi tiegħu fil-ġimgħa li għaddiet għen biex jitla fis-sitt post, riżultat meraviljuż għal Warren li kkonferma l-abbiltà tiegħu fil-karozza.

Wara t-tiġrijiet Warren qal: “L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lil Mark Havers talli ppermettili nsuq, nixtieq nirringrazzja lil T4 Motorsport għax-xogħol meraviljuż fuq il-karozza, lit-tim u Mark Havers li bl-għajnuna tagħhom irnexxili nkompli naqqas il-ħinijiet.

Kienet esperjenza inkredibbli, u nixtieq nagħmel dan aktar spiss. Grazzi lil kull min appoġġjani, u grazzi għal darb’oħra lil Mark u T4 Motorsport ta’ l-opportunità”

Il-ġurnata ta Warren kienet kompluta meta Warren ġie magħżul “Is-Sewwieq tal-Jum”, u ġie ppreżentat girlanda għall-isforzi tiegħu.

Ekonomija

Sport