Thursday, December 26, 2024

“Wasal iż-żmien li ma nippjanawx it-toroq għall-karozzi biss”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Talk.mt ħa r-reazzjoni ta’ Daniel Vella; il-President tal-Organizzazzjoni Rota li min-naħa tiegħu qalilna li din l-aħbar ta’ investiment daqstant b’saħħtu f’network ta’ rotot iddedikati għar-roti huwa pass pożittiv ħafna għal min juża r-rota, iżda anke għall-bqija tal-pajjiż.

Vella spjegalna li hemm ħafna xogħol xi jsir biex is-sitwazzjoni titranġa. Għad hemm infrastruttura li ma taħdimx, liġijiet li jridu jiġu rranġati u fuq kollox hawn għatx kbir għal politika nazzjonali dwar is-sewqan tar-roti .

Filwaqt li tenna li dan huwa l-ikbar proġett li qatt ġie ppreżentat għaċ-ċiklisti, Vella qalilna li l-istorja turi li l-iktar ħaġa li taqta’ qalb dawk il-persuni li jixtiequ jibdew jużaw ir-rota bħala mezz ta’ trasport alternattiv hija n-nuqqas ta’ sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna. Ovjament li l-gvern jasal biex jikkommetti ruħu bi proġett bħal dan, din il-problema għandha tibda tiġi indirizzata.

Mistoqsi dwar il-kredibbiltà tiegħu quddiem proġett daqstant b’saħħtu għaċ-ċiklisti, Vella qalilna li ż-żmien irid jagħti r-risposta, iżda saħaq li wasal iż-żmien biex tibda l-implimentazzjoni ta’ proġett li minnu se jibbenefika l-poplu kollu.

Il-President tal-organizzazzjoni qalilna wkoll li quddiem il-ħafna tħassib rigward x’inhu u x’mhux possibbli jsir biex tittejjeb l-infrastruttura għar-roti, ikkonferma li hija possibbli ħafna li jsir tali proġett. Sostna li s’issa pajjiżna kien iffukkat fuq li jagħti prijorità lill-karozzi fejn jidħlu toroq, iżda issa jidher li se jkun hemm din il-bidla fil-mentalità fejn anke bħala attivisti qegħdin jingħataw il-kelma li se jkunu involuti fl-ippjanar sostenibbli ta’ dan il-proġett.

Ekonomija

Sport