Wara li ġiet konfermata r-rebħa elettorali ta’ Joe Biden mill-kulleġġ elettorali fl-Istati Uniti huwa qal li wasal iż-żmien li “tinqaleb il-paġna”.
F’diskors wara li għamel wara li tħabbar bħala rebbieħ fuq Donald Trump b’mod uffiċċjali, Biden qal li id-demokrazija kienet ġiet “sfurzata, ttestjata u mhedda” u ħareġ ċar li hija waħda “reżiljenti, veritiera u b’saħħitha”.
Huwa kkundanna l-aġir tal-eks President Amerikan Donald Trump li għamel diversi tentattivi biex ibiddel telfa f’rebħa. Wara din l-uffiċjalità, il-President Russu Vladimir Putin kien wieħed mill-aħħar mexxejja li awguralu għal din ir-rebħa fl-elezzjoni presidenzjali.
Din il-konferma mill-kulleġġ elettorali kienet waħda mill-proċeduri neċessarji biex Biden jieħu post Donald Trump fil-White House.