Il-ġimgħa ddedikata lejn id-Dyslexia
“Hekk kif ninsabu fil-ġimgħa ddedikata lejn id-Dyslexia, wasal iż-żmien li nimxu lil hinn mill-għarfien u lejn ir-responsabbiltà. Id-Dyslexia mhijiex rarità jew eċċezzjoni; taffettwa stima ta’ persuna minn kull għaxra,” hekk stqarriet Mariah Meli.
Hi komplit tikteb li “dan ifisser li kull klassi, kull uffiċċju, u kull servizz pubbliku f’dan il-pajjiż jinkludi individwi b’dyslexia. Madankollu dawn l-istess spazji għadhom iddisinjati kważi esklussivament għal nies li jipproċessaw il-lingwa u l-informazzjoni b’modi konvenzjonali.
Din m’għandhiex tkun traġedja individwali; iżda missjoni politika. Il-bidla fis-sistemi tfisser ukoll il-bidla fl-istejjer. Id-Dyslexia hija varjazzjoni normali tal-konjizzjoni umana. Hija s-soċjetà li trid tadatta, mhux l-individwu li jrid jikkumpensa bla tmiem. Għalhekk l-empatija mhix biżżejjed. Soċjetà li taħdem għaċ-ċittadini b’Dyslexia taħdem aħjar għal kulħadd.”