Wednesday, December 25, 2024

WasteServ toħroġ konsultazzjoni preliminari tas-suq għal sistema ta’ trasport għal skart veġetali fi ħdan il-Kumpless ECOHIVE

Aqra wkoll

Sistema fissa awtomatizzata, jew semi-awtomatizzata tat-trasport tal-iskart hija ppjanata li tiġi installata fil-Kumpless ECOHIVE.

Fid-dawl tax-xogħol kontinwu ta’ titjib u l-proġetti li qed isiru fi ħdan il-Kumpless ECOHIVE, bl-għan li l-WasteServ tmexxi l-faċilitajiet u s-servizzi ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart ta’ Malta lejn approċċ ta’ ekonomija ċirkolari, s-sistemi interni tat-trasport tal-iskart qed jiġu riveduti wkoll biex jiġi żgurat li l-iskart jiġi trasferit minn faċilità għall-oħra bl-iktar mod effiċjenti u ambjentalment sostenibbli ħalli tiġi massimizza l-ġenerazzjoni tar-riżorsi mill-iskart.

Is-sistema, li se jkollha tul ta’ madwar 3km li jkopri s-sit ECOHIVE, hija proposta biex tkun iddisinjata biex ikollha użu effiċjenti ta’ l-enerġija li jnaqqas it-tniġġis tat-traffiku fil-kumpless u fl-inħawi. Il-Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq se tgħin lit-tim responsabbli minn dan il-proġett fi ħdan il-WasteServ biex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa dwar id-disponibbiltà tas-suq u biex tiffinalizza l-ambitu tas-servizzi u r-rekwiżiti li jistgħu jintużaw ’il quddiem meta toħroġ is-sejħa għall-offerti. L-iskadenza għas-sottomissjonijiet hija l-15 ta’ Jannar 2020 u d-dokumenti jinstabu fuq is-sit: ecohive.com.mt/tenders.  

WasteServ tilqa ukoll il-progress li sar s’issa fir-rigward tal-proġett ECOHIVE. Hekk kif ir-riżultati tal- preselezzjoni għal Faċilità tal-Enerġija mill-Iskart se joħorġu ftit jiem oħra, u l-offerti għall-istudji relatati mal-kostruzzjoni tal-Faċilità tal-Inċineratur għall-iskart kliniku u max-xogħlijiet ta’ tħaffir għall-miżbla l-ġdida kkontrollata bħalissa jinsabu fis-suq. Barra minn hekk, l-istudji kollha meħtieġa għall-Impjant tal-Ipproċessar Organiku u l-impjant ġdid ta’ riċiklaġġ jinsabu wkoll fl-aqwa tagħhom.

Ekonomija

Sport