Minn Cristian Muscat
Valletta…………….. 6
Birżebbuġa…………7
(0-1, 1-2, 3-2, 2-2)
Proprju t-Tlieta ingħata bidu għall-kampjonati tal-waterpolo tas-sajf, bl-ewwel logħba tkun dik bejn Valletta u Birżebbuġa fejn iż-żewġ timijiet ippreżentaw logħba bilanċjata, b’Birżebbuġa joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 7-6.
Huma rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal jasal minn Keith Tanti permezz ta’ penalty.
It-team minn nofsinhar ta’ Malta mmexxi mill-coach Pierre Borg rebaħ ukoll it-tieni sessjoni għal darb’oħra b’marġni ta’ goal iżda din id-darba 2-1, bl-iskorers ikunu Ryan Mock u David Cutajar. Dan filwaqt li Stephen Micallef irnexxielu jsib ix-xibka għall-Beltin.
Fit-tielet sessjoni Valletta wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħuha 3-2 bl-awturi tal-goals ikunu Benji Busuttil minn penalty u doppjetta minn Andrea Agius, filwaqt li Gabriel Sammut u Giuseppe Mannino wieġbu għal Birzebbugia.
Il-logħba kienet għadha miftuħa u fl-aħħar sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bil-punteġġ ta’ 2-2 b’Andrea Agius u Daniel Paolella jiskorjaw għall-Beltin, waqt li David Cutajar u Keith Tanti rrispondew għal Birżebbuġa li baqgħu jżommu l-goal vantaġġ.
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Benji Busuttil (1), 6-Zachary Micallef, 7-Daniel Paolellla (1), 8-Michele Mifsud, 9-Stephen Micallef (1), 10-Andrea Agius (3), 11-Keith Galea, 12-Jan Culic, 13-Andrea Bugeja Coach: Joe Cremona
Birżebbuġa: 1-Miguel Vassallo, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Christian Mifsud, 6-Ryan Mock (1), 8-David Cutajar (2), 10-Keith Tanti (2), 11-Giuseppe Mannino (1), 12-Miguel Curmi, 13-Matthew Sladden, 14-Gabriel Sammut (1) Coach: Pierre Borg
Referees: Stefan Licari, Michele Alessandroni