Birzebbugia………………23
Marsaxlokk…………………7
(6-1, 8-2, 4-3, 5-1)
Birzebbugia rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Marsaxlokk meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 23-7. Ta’ nota huwa l-fatt li Marsaxlokk lagħbu mingħajr iż-żewġ players barranin tagħhaom Sasa Misic u Nikola Moskov.
Birzebbugia rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-1, bil-goals għalihom jaslu minn Peter Borg, Jacob Sciberras (2), Balazs Erdelyi (2) u Darko Brguljan. Luigi Mallia minn penalty skorja l-uniku goal għax-Xlukkajri.
Birzebbugia komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 8-2, bl-iskorers għalihom ikunu Balazs Erdelyi (4), Jacob Sciberras (2) bl-ewwel goal jasal minn penalty, Darko Brguljan, u l-captain David Cutajar. Dan sabiex iż-żewġ goals għal Marsaxlokk waslu minn doppjetta personali ta’ Ryan Galea, bit-tieni goal jasal minn penalty.
Birzebbugia rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bl-iskorers ikunu Peter Borg (2) u Giuseppe Mannino (2). Julian Valletta, Giancarlo Gatt u Luigi Mallia rrispondew għal Marsaxlokk.
Birzebbugia ttrjionfaw ukoll fl-aħħar sessjoni fejn għamlu dan bl-iskor ta’ 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu Jacob Sciberras (2) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Julian Valletta, Miguel Curmi minn penalty u Balazs Erdelyi. Sean Mifsud skorja l-uniku goal għal Marsaxlokk.
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (4), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Darko Brguljan (2), 6-Malcolm Manara, 8-David Cuatjar (1), 9-Balazs Erdelyi (7), 10-Keith Tanti, 11-Giuseppe Mannino (2), 12-Miguel Curmi (1), 13-David Cleavon Borg, 14-Jacob Sciberras (6), 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg
Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Jamie Borg Tabone, 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia, 5-Sean Mifsud (1), 6-Julian Valletta (1), 7-Max Zammit, 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea (2), 10-Max Lanzon, 11-Enrique Bonnici, 12-Luigi Mallia (2), 13-Myron Brimmer, 14-Alistair Cook, 15-Giancarlo Gatt (1) Coach: Aleksandar Ciric
Referees: Alessandro Cavallini, Alex DeRaffaele