Exiles………………….10
Birzebbugia………..15
(1-5, 4-4, 2-3, 3-3)
Birzebbugia kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Exiles bl-iskor ta’ 15-10.
Birzebbugia għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, bil-goals jaslu minn Giuseppe Mannino, Darko Brguljan, Jacob Sciberras (2) u Balazs Erdelyi. Mark Fenech minn man-up wara li tkeċċa Neil Cassar skorja l-uniku goal għal Exiles.
Fit-tieni sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 4-3, bl-iskorers għal Birzebbugia jkunu Ben Grech minn man-up wara li tkeċċa Sean Xerri De Caro, Balazs Erdelyi (2) bl-ewwl goal jasal minn penalty, u Jacob Sciberras. Valentino Gallo (2) bl-ewwl goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Malcolm Manara, Matteo Martellacci u Guillermo Molina wieġbu għal Exiles.
Birzebbugia rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals ikunu Keith Tanti, Darko Brguljan Balazs Erdelyi. Valentino Gallo minn żewġ penalties wieġeb għal Exiles.
L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3 bil-goals għal Exiles jaslu minn Sean Xerri De Caro (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Malcolm Manara u Guillermo Molina. Peter Borg minn man-up wara li tkeċċa Guillermo Molina, Balazs Erdelyi minn penalty u l-captain David Cutajar sabu x-xibka għal Birzebbugia.
Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Zak Cutajar Licari, 4-Valentino Gallo (4), 5-Guillermo Molina (2), 6-Sean Xerri De Caro (2), 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti, 9-Niki Paris, 10-Matteo Martellacci (1), 11-Max Aquilina, 12-Niall Saliba, 13-Fredrick Buhagiar, 14-Alex Farrugia, 15-Liam Pursehouse Coach: Kayne Lanzon
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (1), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech (1), 5-Darko Brguljan (2), 6-Malcolm Manara, 8-David Cuatjar (1), Balazs Erdelyi (5), 9-Keith Tanti (1), 10-Giuseppe Mannino (1), 11-Miguel Curmi, 12-David Cleavon Borg, 13-David Cleavon Borgm 14-Jacob Sciberras (3), 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg
Referees: Massimo Angileri, Domenico Rotondano