Saturday, September 14, 2024

Waterpolo: Birzebbugia jikkonvinċu u jegħlbu lil Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Birzebbugia……14

Ta’ Xbiex…………9

(6-3, 4-2, 4-1, 0-3)

Birzebbugia kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 14-9.

Birzebbugia rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bil-goals għalihom jaslu minn Jacob Sciberras minn man-up wara li tkeċċa Ryan Mock, Balazs Erdelyi, Darko Brguljan (2), Peter Borg u Jacob Sciberras. Ryan Mock, Nico Schiavone u Uros Vasic minn man-up wara li tkeċċa Neil Cassar wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Birzebbugia rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 4-2, bl-iskorers ikunu Ben Grech minn man-up wara li tkeċċa Uros Vasic, Darko Brguljan, Balazs Erdelyi u Peter Birg minn man-up wara li tkeċċa Jacob Saliba. Mattias Ortoleva u Uros Vasic wieġbu għal Ta’ Xbiex.

It-team minn Nofsinhar ta’ Malta mmexxi mill-coach Pierre Borg rebaħ ukoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bl-awturi tal-goals ikunu Darko Brguljan (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Uros Vasic, Jacob Sciberras u Balazs Erdelyi minn penalty. Christian Milakoic skorja l-uniku goal għal Ta’ Xbiex.

Ta’ Xbiex wettqu reazzjoni tajba fl-aħħar sessjoni iżda dan kien tard wisq għalihom hekk kif huma skorjaw tlieta mingħajr risposta, permezz ta’ Nico Schiavone (2) u l-captain Mattias Ortoleva.

Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (2), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech (1), 5-Darko Brguljan (5), 6-Malcolm Manara, 7-Simeon Bezzina, 8-David Cuatjar, 9-Balazs Erdelyi (3), 10-Keith Tanti, 11-Giuseppe Mannino, 12-Miguel Curmi, 13-David Cleavon Borg, 14-Jacob Sciberras (3), 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Nico Schiavone (3), 3-Lee Montebello, 4-Luke Grech Carr, 6-Ryan Mock (1), 7-Jacob Saliba, 8-Christian Milakovic (1), 9-Uros Vasic (2), 10-Jan Culic, 11-Zion Bartolo, 12-Julian Farrugia, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mattias Ortoleva (2), 15-Kydon Agius Coach: Stephen Rizzo

Referees: Giuseppe Fusco, Peter Balzan

Ekonomija

Sport