MInn Cristian Muscat
Sirens………………… 9
Birzebbugia………… 11
(1-1, 4-2, 1-6, 3-2)
F’partita mill-isbaħ Birzebbugia għelbu lil Sirens 11-9.
Għal Birzebbugia spikkaw Christian Mifsud u Giuseppe Mannino li skorjaw tliet goals kull wieħed kif ukoll il-goalkeeper Miguel Vassallo li fit-tielet sessjoni salva żewġ penalties.
L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata u spiċċat 1-1 fejn Matthew Chircop skorja għal Sirens waqt li Christian Mifsud wieġeb għal Bizrebbugia.
Fit-tieni sessjoni, Sirens ħargu rebbieħa 4-2, bl-iskorers ikunu Jacob Sciberras (2), Matthew Sciberras u Mikhael Cutajar. Dan filwaqt li Giuseppe Mannino u Keith Tanti wieġbu għal Birzebbugia.
Fit-tielet sessjoni dawn tal-aħħar qalbu r-riżultat favur tagħhom hekk kif rebħuha 6-1 bl-iskorers ikunu Giuseppe Mannino, Keith Tanti, Ben Grech, Christian Mifsud (2) u Ryan Mock. John Napier skorja l-uniku goal għall-Pawlini.
Ta’ nota huwa l-fatt li żewġ minuti mit-tmiem ta’ din is-sessjoni Ken Erdogan falla penalty hekk kif ra lill-goalkeeper Miguel Vassallo jsalva bi bravura. U dan ma kienx biżżejjed hekk kif minuta minn tmiem is-sessjoni Jacob Sciberras falla penalty ieħor għat-team minn San Pawl il-Baħar hekk reġa’ ġie milqugħ minn Vassallo.
Kollox kellu jiġi deċiż fir-raba’ u l-aħħar sessjoni b’din tintemm bl-iskor ta’ 3-2, favur Sirens, b’Matthew Sciberras, Isaiah Riolo minn penalty u Matthias Azzopardi jsibu x-xibka għal Sirens, waqt li l-veteran David Cutajar u Giuseppe Mannino minn penalty wieġbu għal Birzebbugia.
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Jacob Sciberras (2), 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Gianni Farrugia, 7-Matthew Chircop (1), 8-Isaiah Riolo (1), 9-John Napier (1), 10-Mikhael Cutajar (1), 11-Matthew Sciberras (2), 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Gabriel Melillo – Coach: Marko Orlovic
Birzebbugia: 1-Miguel Vassallo, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech (1), 5-Christian Mifsud (3), 6-Ryan Mock (1), 8-David Cutajar (1), 9-Simeon Bezzina, 10-Keith Tanti (2), 11-Giuseppe Mannino (3), 12-Miguel Curmi, 13-Matthew Sladden, 14-Gabriel Sammut, 15-Manuel Giarratana – Coach: Pierre Borg
Referees: Stefan Licari, Giuliani Nicolosi