Monday, October 14, 2024

Waterpolo: Birzebbugia pass ‘il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Birzebbugia………………9

Marsaxlokk……………….6

(0-3, 5-0, 3-1, 1-2)

Birzebbugia jinsabu pass ‘il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta fl-ewwel play-off tal-finali għelbu lill-ġirien Marsaxlokk bl-iskor ta’ 9-6. Iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu nhar l-Erbgħa.

B’hekk, Birzebbugia wettqu tpattija sportiva fuq ix-Xlukkajri, hekk kif fil-jiem li għaddew, kienu dawn tal-aħħar li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 15-10, biex rebħu n-Knock-Out.

Ta’ nota huwa l-fatt li Birzebbugia wettqu rimonta mill-aqwa, hekk kif sa tmiem l-ewwel sessjoni, kienu tliet goals minn taħt, bil-goals għax-Xlukkajri jaslu mill-captain Sasa Misic, Luigi Mallia u Alistair Cook.

Birzebbugia dehru trasformati fit-tieni sessjoni u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0, bl-iskorers għalihom ikunu Giuseppe Mannino, Darko Brguljan (2), Malcolm Manara minn man-up wara li tkeċċa Max Zammit u Keith Tanti.

Birzebbugia rebħu wkoll it-tielet sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 3-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Darko Brguljan (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Julian Valletta u Gisueppe Mannino. Sasa Misic skorja l-uniku goal għax-Xlukkajri.

Marsaxlokk rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor strett ta’ 2-1, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Ryan Galea minn penalty u Luigi Mallia. Giuseppe Mannino wieġeb għal Birzebbugia.

Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg, 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Darko Brguljan (4), 6-Malcolm Manara (1), 8-David Cuatjar, 9-Balazs Erdelyi, 10-Keith Tanti (1), 11-Giuseppe Mannino (3), 12-Miguel Curmi, 13-David Cleavon Borg, 14-Jacob Sciberras (3), 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg

Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Jamie Borg Tabone, 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia, 5-Giancarlo Gatt, 6-Julian Valletta, 7-Max Zammit, 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea (1), 10-Sasa Misic (2), 11-Enrique Bonnici, 12-Luigi Mallia (2), 13-Myron Brimmer, 14-Alistair Cook (1), 15-Giancarlo Gatt Coach: Aleksandar Ciric

Referees: Riccardo Carmignani, Ronnie Spiteri

Sport