Marsaxlokk………………10
Marsaskala………………10
(3-3, 2-3, 4-2, 1-2)
Fid-Derby tan-nofsinhar ta’ Malta, Marsaxlokk u Marsakala temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 10-10.
Fl-ewwel sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals għal Marsaxlokk jaslu minn Max Zammit, Ryan Galea u Nikola Moskov. Benice Batori, Paul Privitera u Mark Carani wieġbu għall-Iskalin,
Marsaskala rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 bl-iskorers ikunu Benice Batori (2) u Kyle Navarro. Nikola Moskov u Max Zammit wieġbu għax-Xlukkajri.
Iżda Marsaxlokk wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, fejn għalihom spikka ferm il-barrani Nikola Moskov li rreġistra poker personali. Benice Batori u David Pace Lupi sabu x-xibka għall-Iskalin.
Marsaskala rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Benice Batori u Ferenc Salamon, waqt li Max Zammit sab ix-xibka għal Marsaxlokk, u b’hekk irreġistra hat-trick personali.
Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Cain Cutajar, 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia, 5-Nikola Moskov (6), 6-Julian Valletta, 7-Max Zammit (3), 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea (1), 10-Sasa Misic, 11-Enrique Bonnici, 12-Luigi Mallia, 13-Myron Brimmer, 14-Giancarlo Gatt, 15-Jack Pawley Coach: Niki Lanzon
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco, 6-Ferenc Salamon (1), 7-Kyle Navarro (1), 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut, 11-Benice Batori (5), 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Jamie Pace Mizzi, 15-Francesco Scardino Coach: Arpad Babay
Referees: Peter Balzan, Antonio Torneo