Wednesday, October 16, 2024

Waterpolo: Draw ġust bejn Ta’ Xbiex u Otters

Aqra wkoll

Ta’ Xbiex……………….12

Otters……………………12

(3-2, 1-2, 4-5, 4-3)

F’partita ferm kumbattuta u bilanċjata, Ta’ Xbiex u Otters, temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 12-12.

Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals tagħhom jaslu minn Nico Schiavone, Javob Saliba u Uros Vasic minn man-up wara li tkeċċa Jovan Saric. Kieran Saliba minn man-up wara li tkeċċa Jacob Saliba u Jovan Saric minn penalty irrispondew għal Otters.

Iżda Otters wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorer għalihom ikun Jovan Saric (2) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Julian Farrugia. Christian Milakovic wieġeb għal Ta’ Xbiex.

It-tielet sessjoni pproduċiet xejn inqas minn disa’ goals, b’Otters joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4. Il-goals għalihom waslu minn Jovan Saric (3) bit-tieni u t-tielet goal għalih jaslu minn penalty, Andrea Bianchi minn man-up wara li tkeċċa Uros Vasic, David Dimech u Luigi Dimech.

Il-goals ta’ Ta’ Xbiex waslu minn Uros Vasic, Ryan Mock u Christian Milakovic minn superjoritá numerika wara li tkeċċew Kenneth Micallef, Ronen Grosz u Luigi Dimech rispettivament filwqt li Mattias Ortoleva skorja r-raba’ goal.

Kollox kellu jiġi deċiż fl-aħħar sessjoni b’Ta’ Xbiex joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-3, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Ryan Mock, Mattias Ortoleva minn man-up wara li tkeċċa l-veteran Mark Meli, Christian Milakovic ukoll minn player aktar wara li tkeċċa Luigi Dimech … u Nico Schiavone meta kien għad fadal 1.9 sekondi għat-tmiem.

Dan filwaqt li t-tliet goals għal Otters waslu minn Ronen Grosz (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty u Jovan Saric.

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Nico Schiavone (2), 3-Lee Montebello, 4-Luke Grech Carr, 6-Ryan Mock (2), 7-Jacob Saliba (1), 8-Christian Milakovic (3), 9-Uros Vasic (2), 10-Jan Culic, 11-Zion Bartolo, 12-Julian Farrugia, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mattias Ortoleva (2), 15-Kydon Agius Coach: Stephen Rizzo

Otters:1-Matthew Xerri, 2-Kieran Saliba (1), 4-David Dimech (1), 5-Mark Meli, 6-Ronen Grosz (2), 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech (1), 10-Jovan Saric (6), 11-Matthew Farrugia, 12-Andrew Dimech, 14-Kenneth Micallef, 15-Andrea Bianchi (1) Coach: Robert Munkascksy

Referees: Stefan Licari, Michele Alessandroni

Sport