Exiles…………………19
Barracudas……………4
(4-0, 4-0, 6-2, 5-2)
Exiles irriżultaw bħala wisq b’saħħithom meta għelbu lil Barracudas 19-4 li kienu qed jirritornaw fl-azzjoni wara iktar minn 20 sena.
Għal Exiles spikka ferm David Fenech li rreġistra poker personali.
Exiles ħarġu ferm aggressivi fl-ewwel sessjoni fejn skorjaw erbgħa mingħajr risposta bl-iskorers ikunu Mark Fenech minn man-up wara li tkeċċa Paul Micallef, Kurt Griscti (2) bl-ewwel goal għalih jasal ukoll minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Paul Micallef u Timmy Sullivan għal darb’oħra minn sitwazzjoni ta’ raġel aktar wara li din id-darba tkeċċa Ascanio Piccione.
Exiles komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bi skor identiku għak dik preċedenti bl-awturi tal-goals ikunu Max Aquilina (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Nigel Camenzuli, David Fenech u Luke Gialanze minn man-up wara li tkeċċa Sean Camilleri.
Exiles komplew jiddominaw u rebħu t-tielet sessjoni 6-2 b’goals minn David Fenech (3) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Dalton Camilleri, Max Aquilina, Matteo Martellacci minn supremazija numerika wara li tkeċċa Dean Ciantar u Niall Saliba. T. J. Mifsud u Andrew Magri minn man-up wara li tkeċċa Max Aquilina wieġbu għal Barracudas.
It-team immexxi mill-coach Aurelien Cousin għamilhom erbgħa minn erbgħa hekk kif rebaħ l-aħħar sessjoni b’punteġġ ta’ 5-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Jake Bajada (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Mark Fenech, Kurt Griscti u Liam Pursehouse. Dan filwaqt li Nigel Camenzuli minn penalty u Ryan Sciortino minn man-up, wara li tkeċċa Niall Saliba, irrispondew għal Barracudas.
Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba (1), 3-Luke Gialanze (1), 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan (1), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (2), 8-Kurt Griscti (3), 9-Niki Paris, 10-Jake Bajada (2), 11-Max Aquilina (3), 12-David Fenech (4), 13-Gianluca Borg, 14-Matteo Martellacci (1), 15-Liam Pursehouse (1) Coach: Aurelien Cosuin
Barracudas: 1-Matthew Gouder, 2-Ascanio Piccione, 3-Andrew Magri (1), 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino (1), 7-Sean Aquilina, 8-Luke Galea, 9-Dalton Camilleri, 10-Sean Camilleri, 11-Jeremy Bugeja, 12-T J Mifsud (1), 13-Claude Bugeja, 14-Nigel Camenzuli (1) Coach: Michael Scerri
Referees: Michele Alessandroni, Peter Balzan