San Ġiljan………………….24
Marsaxlokk…………………9
(7-1, 6-4. 6-1, 5-3)
San Ġiljan xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk bl-iskor kbir ta’ 24-9, bil-Ġiljaniżi jaċċertaw mir-rebħa sal-mistrieħ meta fetħu vantaġġ ta’ sitt goals
Huma rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 7-1, bil-goals jaslu minn Ben Plumpton, Jake Bonavia, Aaron Younger, Maro Jokovic, Nikolai Zammit, Andreas Galea u l-captain Matthew Zammit. Nikola Moskov minn man-up wara li tkeċċa Russell Caruana skorja għax-Xlukkajri.
It-tieni sessjoni kienet iktar bilanċjata u pproduċiet xejn inqas minn sitt goals, bis-Saints joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-4, bl-iskorers għall-Ġiljaniżi jkunu Nikolai Zammit (2), Russell Caruana, Gabriel Bonavia, Jake Bonavia u Matthew Zammit. Nikola Moskov (2), Max Zammit u Julian Valletta sabu x-xibka għal Marsaxlokk.
Iżda fit-tielet sessjoni, irritorna d-dominju Ġiljaniż, hekk kif is-Saints ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 6-1, bl-awturi tal-goals ikunu Nikolai Zammit (3) bl-ewwel goal jasal mnn penalty, Aaron Younger u Jake Bonavia (2). Enrique Bonnici skorja l-goal waħdani għat-team min-nosfinhar ta’ Malta.
San Ġiljan għamlu l-‘en plain’ meta rebħu r-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bl-iskorers Jake Bonavia, Matthew Zammit (2), Russell Caruana u Jeremy Abela. Sasa Misic, Julian Valletta u Cain Cutajar wieġbu għax-Xlukkajri.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli , 3-Andreas Galea (1), 4-Ben Plumpton (1), 5-Maro Jokovic (1), 6-Matthew Zammit (4), 7-Jake Bonavia (5), 8-Aaron Younger (2), 9-Jeremy Abela (1), 10-Nikolai Zammit (6), 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana (2), 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia (1), 15-Nathan Bonavia (1) Coach: Zeljko Kovacic
Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Cain Cutajar (1), 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia, 5-Nikola Moskov (3), 6-Julian Valletta (2), 7-Max Zammit (1), 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea, 10-Sasa Misic (1), 11-Enrique Bonnici (1), 12-Luigi Mallia, 13-Myron Brimmer, 14-Giancarlo Gatt, 15-Jack Pawley Coach: Niki Lanzon
Referees: Richard Magri, Fabio Brasiliano