Sunday, October 27, 2024

Waterpolo: Goleada minn San Ġiljan fuq Marsaxlokk

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk………. 6

San Ġiljan……….. 21

(2-7, 0-3, 1-7, 3-4)

F’partita mingħajr storja, San Ġiljan irreġistraw rebħa faċli ta’ 21-6 fuq Marsaxlokk li fiha kienu diġá aċċertaw mir-rebħa sa tmiem l-ewwel taqsima.

Il-Ġiljaniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u reb­ħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 7-2, bil-protagonisti jkunu Nicholas Bugelli, il-captain Matthew Zammit (2), Ben Plumpton, Peter Borg (2) u Nikolai Zammit minn penalty. Ryan Galea (2) wieġeb għax-Xlukkajri bit-tieni goal tiegħu jasal minn pe­nalty.

San Ġiljan komplew jiddominaw bil-konsegwenza li rebħu t-tieni sessjoni bi tliet goals mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 10-2 u għaldaqstant il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa.

L-iskorers tal-Ġiljaniżi kienu Andreas Ga­lea, Mattias Ortoleva u Matthew Zammit.

Is-Saints komplew jixxa­law u rebħu t-tielet ses­sjoni 7-1 bl-iskorers ikunu Andreas Galea (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn pe­nalty, Mattias Ortoleva, Ben Plumpton (2) u Matthew Zammit (2) filwaqt li Max Zammit skorja l-uniku goal tax-Xlukkajri.

Fl-aħħar sessjoni San Ġiljan naqqsu r-rendiment iżda xorta rebħuha 4-3 permezz ta’ Peter Borg, Russell Caruana, Andreas Galea minn penalty u Darren Zammit. Max Zammit, Ryan Galea u Alistair Cook wieġbu għal Marsaxlokk.

Marsaxlokk: 1-Sam Mif­­sud, 2-Russell Spiteri, 3- Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit (2), 8-Luigi Mal­lia, 9-Luke Saliba, 10-Ryan Ga­lea (3), 11-Julian Valletta, 12-Alistair Cook (1), 13-Miguel Farrugia – Coach: Nenad Navarin

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg (3), 3-Andreas Galea (4), 4-Nico Schia­vone, 5-Russell Carua­na (1), 6-Matthew Zammit (5), 7-Ben Plumpton (3), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bo­navia, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit (1), 12-Nicholas Bugelli (1), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (2) – Coach: Zeljko Kovacic 

Sport