Friday, September 13, 2024

Waterpolo: Illum Malta tiftaħ l-impenji fil-Kampjonat Ewropew

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti llum se jibda l-impenji tiegħu fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo 2024 tal-LEN li bdew ilbieraħ f’Dub­rovnik u Zagreb, il- Kroazja, meta se jiffaċċja lill-Ġermanja f’partita minn Grupp C li tibda fis-7.00 pm ħin ta’ Malta.

Il-Maltin għadhom ġejjin mit-Tournament Internaz­zjonali tal-Milied li sar f’pajjiżna l-ġimgħa l-oħra meta l-avversarji kienu l-Italja, Franza u l-Olanda li kollha jinsabu fil-Kroazja.

Dawn il-logħbiet żgur li servew biex il-coach Milan Cirovic ikun jista’ jippjana aħjar għalkemm l-avversarji tagħna kienu ta’ kalibru għoli.

Ekonomija

Sport