Sunday, November 24, 2024

Waterpolo: It-team nazzjonali f’tournament tal-U/19 fil-Polonja

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, jinsab f’Lodz, il-Polonja, biex minn għada l-Ġimgħa jieħu sehem f’tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-LEN European Waterpolo U/19 Championships 2024.

F’dan il-grupp Malta se tilgħab kontra s-Slovakkja, il-Bulgarija u l-Polonja, li minn­hom team wieħed jikkwalifika għall-finali minħabba li l-Bulgarija huma l-ospiti tal-istess finali.

It-team jinsab taħt il-gwida tal-coach Niki Lanzon u l-assistent tiegħu, Michele Stellini. Il-coach nazzjonali, Milan Cirovic ukoll qed jakkumpanja lit-team bħala direttur tekniku, waqt li Charles Portelli huwa t-team manager u Andrew Paris huwa l-kap tad-delegazzjoni.

Il-players magħżula huma: Max Zammit, Alec Fenech (captain), Luigi Mallia, Julian Valletta, Dean Bugeja, Enrico Mal­lia, Jayden Cutajar, Zak Cutajar Licari, Zack Dzanovic, Jake Cachia, Kieyan Borg, Julian Chircop, Jayden Cassar, Sven Livori u Elijah Schembri.

Din il-parteċipazzjoni saret possibbli bl-għajnuna finanzjarja pprovduta minn SportMalta permezz tal-International Partecipation Scheme.

Sport