Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg
Sliema………………………. 10
San Ġiljan………………….. 12
(2-3, 2-3, 1-3, 5-3)
San Ġiljan kisbu post fil-finali ta’ tan-Knock-Out tal-waterpolo meta meritatament għelbu lir-rivali Sliema bl-iskor ta’ 12-10.
Ta’ nota huwa l-fatt li Sliema kellhom nieqes lil Jerome Gabarretta minħabba injury fi spalltu, għalkemm kien fuq il-bank tas-sostituti, liema player inħass ferm fil-formazzjoni tagħhom.
San Ġiljan ħarġu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 bil-goals jaslu minn Mattias Ortoleva, Darren Zammit minn penalty u Dino Zammit.
Min-naħa l-oħra, Jamie Gambin minn penalty u l-captain Mark Meli wieġbu għal Sliema.
Is-Saints rebħu wkoll it-tieni sessjoni bil-punteġġ ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Dino Zammit u Ben Plumpton (2). John Brownrigg u Zach Mizzi wieġbu għat-team immexxi mill-coach Spanjol, Fernandez Abella.
Fit-tielet sessjoni, il-Ġiljaniżi għamlu pass kbir lejn ir-rebħa meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 għal skor parzjali ta’ 9-5.
L-awturi tal-goals kienu Jake Bonavia (2) u Dino Zammit filwaqt li Liam Galea rrisponda għas-Slimiżi.
Fil-bidu tat-tielet sessjoni Jamie Gambin falla penalty għal Sliema meta ra lill-goalkeeper ta’ San Ġiljan Ryan Coleiro isalva bi bravura.
Sliema wettqu reazzjoni tard wisq hekk kif rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-3 iżda xorta waħda dan ma kienx biżżejjed biex almenu jisfurzaw l-għoti tal-penalties bil-goals tagħhom jaslu minn Liam Galea (3) bl-ewwel goal minn man-up wara li tkeċċa Darren Zammit u t-tieni minn double man-up wara li tkeċċew Jake Bonavia u Mattais Ortoleva.
Iż-żewġ goals l-oħra waslu minn Matthew Mifsud minn penalty u John Brownrigg.
Min-naħa l-oħra għas-Saints wieġbu Mattias Ortoleva permezz ta’ lob delizzjuż, Dino Zammit u Darren Zammit.
Sliema: 1-Nicky Grixti, 3-Liam Galea (3), 5-Mark Meli (1), 7-Nico Schiavone, 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg (1), 10-Jamie Gambin (1), 11-Zach Mizzi (1), 12-Nicholas Bugelli, 13- Zachary Sciberras – Coach: Abella Fernandez
San Ġiljan: 1-Ryan Coleiro, 2-Dominique Zahra, 3-Andreas Galea, 4-Daniel Fero, 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit, 7-Ben Plumpton (2), 8-Jake Bonavia (2), 9-Dean Ciantar, 10-Darren Zammit (1), 11-Keith Galea, 12-Dino Zammit (3), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (1), 15-Dominique Zahra – Coach: Dorian Pisani
Referees: Luca Bianco, Ronnie Spiteri