Saturday, September 21, 2024

Waterpolo: Malta megħluba mill-Ġermanja

Aqra wkoll

Malta………………10

Ġermanja…………15

(2-3, 2-4, 3-2, 3-6)

Wara rebħa konta l-Ukrajna, Malta sfat megħluba mill-Ġermanja bl-iskor ta’ 15-10.

Il-Ġermaniżi rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għall-Maltin jaslu minn Liam Galea u Nicholas Bugelli. Dan filwaqt li Yannek Chiru, Zoran Bozic u Maurice Jungling sabu x-xibka għall-Ġermaniżi.

Il-Ġermanja komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bl-iskorers għalihom ikunu Jake Muscat u Jayden Cutajar.

Malta wettqet reazzjoni tajba fit-tielet sessjon u ħarġet rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2, fejn għal pajjiżna, irnexxielhom isibu x-xibka Jake Muscat, Liam Galea u Jamie Gambin.

Iżda l-Ġermanja rritornaw għar-rebħ fl-aħħar sessjoni hekk kif għamlu dan bl-iskor ta’ 6-3, bl-awturi tal-goals għalihm ikunu Zoran Bozic (2), Niclas Schipper, Aleks Sekulic (2) u Maurcie Jungling. Nikolai Zammit, Jake Muscat u Jeremy Abela wieġbu għall-Maltin.

Malta: J. Tanti, J. Gabarretta, L. Galea (2), J. Gambin (1), J. Cutajar (1), B. Plumpton, J. Muscat (3), B. Cachia, J. Abela (1), N. Zammit (1), A. Fenech, N. Bugelli (1), N. Grixti

Ġermanja: F. Benke, Z. Bozic (5), F. Korbel, M. Cuk (1), F. Schultz, M. Jungling (2), D. Strelezij (1), Y. Chiru (2), A. Sekulic (2), P. Dollf, N. Schipper (1), M. Gansen (1), K. Gotz

Referees T. Kaseta (Litwanja), Erwin Schapers (Olanda)

Sport