Malta…………14
Franza………..15
(2-1, 4-2, 2-3, 2-4, 4-5)
Kien biss wara l-għoti tal-penalties li t-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo safa megħlub mill-qawwa ta’ Franza bl-iskor ta’ 15-14. Dan wara li li l-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari kien dak ta’ 10-10.
Madankollu, Malta xorta waħda aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ Belgrad f’Jannar li ġej wara rebħiet konsekuttivi kontra l-Ukrajna u l-Portugall.
Għal Malta, l-aqwa skorer, reġa kien il-capatin Stevie Camilleri li rreġistra hat-trick persianli, biex wara l-poker li rreġistra kemm fil-partita kontra l-Ukrajna u anke f’dik kontra l-Portugall, skorja xejn inqas minn 11-il goal fi tliet logħbiet.
Malta: J. Tanti, J. Muscat, B. Cachia, S. Gialanze 1, M. Zammit 1, S. Camilleri 3, J. Cutajar 1, J. Abela 1, N. Zammit 2, D. Zammit, J. Bonavia, B. Busuttil, J. Zerafa Gregory 1 Coach: Milan Cirovic
Franza: J. Offner, U. Crousillat 1, A. Bouet 3, D. Do Carmo, T. Vernoux 2, S. Vitrant 1, E. Nardon 1, R. Marino-Vernoux 1, L. Canovas, Vanpeperstraete 1, J. Carpentras, A. Hovhannisyan, M. Mas, F. Braise
Referees: T. Kavcic (Slovenja), R. Evers (Olanda)
Sekwenza tal-penalties: Camilleri (M) skorja 1-0; Nardon (F) skorja 1-1; Galea (M) falla 1-1; Bouet (F) skorja 2-1; N. Zammit (M) skorja 2-2; T. Vernoux (F) skorja 2-3; J. Muscat (M) skorja 3-3; Marion- Vernoux (F) skorja 3-4; J. Cutajar (M) skorja 4-4; Crousillat (F) skorja 4-5.