Saturday, January 17, 2026

Waterpolo: Malta tegħleb lis-Slovakkja b’wirja ta’ karattru u tibqa’ tittama fit-13-il post

Aqra wkoll

Slovakkja……………11

Malta…………………20

(4-4, 4-7, 1-3, 2-6)

F’eku ta’ allegat każ ta’ match-fixing minn xi plejers tat-tim nazzjonali tal-waterpolo li ħasad lil pajjiżna l-Ġimgħa wara nofsinhar, l-istess tim nazzjonali ħalla dan warajh u permezz ta’ wirja ta’ karattru għeleb llis-Slovakkja bl-iskor kbir ta’ 20-11, biex b’hekk baqa’ jittama li jikseb il-post storiku tat-13-il post fil-Kampjonati Ewropej fejn jirnexxielu jagħmel dan jekk għada jegħleb lis-Slovenja.

Fost oħrajn reġa’ spikka għalina, il-captain Stevie Camilleri li bil-goals li skorja f’din il-partita, tella’ t-total tiegħu ta’ goals f’dawn il-Kamponati għal 19-il goal.

L-ewwel sessjoni pproduċiet xejn inqas minn tmien goals u fiha rrenja bilanċ assolut, hekk kif din intemmet fi daraw ta’ 4-4. Il-goals għall-Maltin waslu minn Stevie Camilleri (2), bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, Alec Fenech u Nikolai Zammit. Dan sabiex Adam Furman, Maros Tkac, Samuel Balaz u Marko Mihal wieġbu għas-Slovakki.

Malta wettqet reazzjoni mill-aqwa u rebħet it-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 7-4, bil-goals għal pajjiżna jaslu minn Stevie Camilleri (2), Alec Fenech (2), Ivan Nagaev minn penalty, Liam Galea u Elijah Schembri. Min-naħa l-oħra, Adam Furman (2), Matej Caraj u Lukas Seman irnexxielhom isibu x-xibka għas-Slovakkja.

Il-Maltin komplew jiddominaw u rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ bl-iskorers għalina jkunu Liam Galea (2) u Alec Fenech. Matej Caraj skorja l-uniku goal għas-Slovakki.

Huma rebħu wkoll ir-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor kbir ta’ 6-2, bl-awturi tal-goals għalina ikunu Stevie Camilleri (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, Elijah Schembri, Ben Plumpton, Liam Galea, Alec Fenech. Matej Caraj u Tomas Bielik skorjaw iż-żewġ goals għas-Slovakki.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport