Saturday, December 21, 2024

Waterpolo: Malta terġa’ tikteb l-istorja

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta……………19

Litwanja…………5

(5-2, 4-3, 2-0, 8-0)

It-team nazzjonali Malti tal-waterpolo kompla jikteb l-istorja b’ittri tad-deheb meta kkwalifika għall-Kampjonati Ewropej għar-raba’ darba konsekuttiva. Dan meta rriżulta bħala wisq b’saħħtu għal-Litwanja u ħareġ rebbieħ bl-iskor kbir ta’ 19-5, b’din tkun it-tieni rebħa konsekuttiva għall-Maltin wara li nhar il-Ġimgħa għelbu lill-Irlanda bl-iskor ta’ 28-4.

Għall-Maltin impressjonaw il-captain Matthew Zammit u ż-żagħżugħ Jake Muscat li skorjaw ħames goals kull wieħed. Dan filwaqt li f’din il-partita ddebutta Andreas Galea wara li fil-partita kontra l-Irlanda ma kienx utilizzat minħabba li kien ma jiflaħx, fejn irnexxielu jsib ix-xibka wkoll lejn tmiem il-partita.

Malta għamlet l-intenzjonijiet tagħha ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħrt l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals ghall-Maltin jaslu minn Ben Plumpton, Jake Muscat (2) bit-tieni goal ghalih jasal minn penalty, Matthew Zammit minn man-up wara li tkeċċa Daniel Vitkauskas u Nikolai zammit ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Julius Gostautas. Dan sabiex iż-żewġ goals għal-Litweni waslu minn Darius Tomasevski u Jurijus Galinok.

Fit-tieni sessjoni, il-Maltin ħarġu rebbieħa bl-iskor stertt ta’ 4-3, bl-iskorers għalihom ikunu Jamie Gambin minn man-up wara li tkecca Gvidas Zurza, Ben Plumpton għal darb’ohra minn man-up wara li rega’ tkeċċa Gvidas Zurza, Matthew Zammit u Jeremey Abela. Julius Gostuatas, Darius Tomasevski minn man-up wara li tkecca Ben Plumpton u Aurimas Jonkus wieġbu għal-Litweni.

Malta rebħet it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Jake Muscat u Dino Zammit minn man-up wara li tkeċċa Daniel Vitkauskas.

Fl-aħħar sessjoni, il-Maltin ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom bil-Litweni jikkrollaw għal kollox, b’pajjiżna jiksorja tmien goals mingħajr risposta. Il-goals għal Malta waslu minn Matthew Zammit (3), bit-tieni goal ghalih jasal minn penalty, Jake Muscat (2), bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Mantas Pelakauskas, Dino Zammit, Jeremy Abela u Andreas Galea.

Malta: 1-Nicky Grixti, 2-Jake Muscat (5), 3-Andreas Galea (1), 4-Jamie Gambin (1), 5-Darren Zammit, 6-Matthew Zammit (5), 7-Ben Plumpton (2), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela (2), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Zach Mizzi, 12-Dino Zammit (2), 13-Jake Tanti Coach: Karl Izzo

Litwanja: 1-Skirmantas Motuzas, 2-Karol Blazevic, 3-Darius Tomasevski (2), 4-Julius Gostautas (1), 5-Rimantas Jakutis, 6-Pijus Vadvilavicius, 7-Aurimas Jonkus (1), 8-Mantas Pelakauskas, 9-Gvidas Zurza, 10-Jurijus Galinok (1), 11-Ernestas Pumputis, 12-Daniel Vitkauskas, 13-Justas Balcikonis Coach: A. Asajavicius

Referees: Tomi Kavcic (Slovenja), Lukasz Krol (Polonja)

Ekonomija

Sport