Tuesday, June 10, 2025

Waterpolo: Malta tikseb il-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej għas-sitt darba konsekuttiva

Aqra wkoll

Portugall…………13

Malta……………..17

(0-4- 3-6, 5-3, 5-4)

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo kiseb il-passaġġ għall-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo għas-sitt darba konsekuttiva meta ftit li xejn tħabat biex għeleb lill-Portugall bl-iskor ta’ 17-13.

Għall-Maltin spikka ferm il-captain Stevie Camillerili bħalma għamel fil-logħba preċedenti kontra l-Ukrajna, reġa’ rreġistra poker personali, biex b’hekk f’żewġ logħbiet skorja xejn inqas minn tmien goals għal pajjiżna.

Proprju, jum qabel Malta kienet għelbet lill-Ukrajna bl-iskor ta’ 13-11.

Intant, f’partita oħra, Franza rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għall-Ukrajna meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 24-10.

Portugall: P. Camargo, R. Teixeira 1, X. Sousa 1, J.P. Sousa, D. Sobetchi 1, P. Sousa 3, R. Ramos 2, S. Lopes 1, R. Sousa 1, D. Pinto 2, L. Abreu, T. Paraty 1, S. Veiga, J. Moreira.

Malta: J. Tanti, J. Muscat 2, L. Galea 2, B. Cachia 1, S. Gialanze, M. Zammit 2, S. Camilleri 4, J. Cutajar 1, J. Abela 1, N. Zammit 2, D. Zammit 1, J. Bonavia 1, B. Busuttil, E. Schembri 2 Coach: Milan Cirovic

Referees: Rik Evers (Olanda), Maxim Gerasimov (Ingilterra)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport