It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt it-18-il sena kiteb l-istorja meta assigura post mal-ewwel 10 timijiet tal-Kampjonati Ewropej tal-istess kategorija meta għeleb lill-Polonja bl-iskor ta’ 15-14 wara l-għoti tal-penalties.
Il-Maltin għandhom iċ-ċans li jiksbu d-disa’ post jekk jirbħu l-konfront ta’ għada kontra tim li għadu jrid jiġi determinat.
Il-gowls għall-Maltin waslu minn poker personali ta’ Julian Chircop, doppjetta personali minn Jayden Cutajar, li proprju llum qed jiċċċelebra għeluq sninu, u goal kull wieħed għal Sam Engerer, Enrico Mallia u Giancarlo Gatt.