It-team nazzjonali Malti tal-waterpolo tas-subien U18 kiseb rebħa importanti fit-tieni logħba tiegħu mill-Kampjonat Ewropew għaż-Żgħażagħ li qed isir fir-Rumanija.
Wara r-rebħa kbira li kiseb fl-ewwel ħarġa tiegħu kontra l-Ukrajna, it-Tlieta filgħodu il-plejers Maltin rebħu lit-tim b’saħħtu tal-Ġermanja bl-iskor ta’ 21-20 wara l-għoti tal-penalties.
Għall-Maltin l-aqwa skorers kienu Jayden Cutajar u Julian Chircop li rreġistraw poker personali, bil-goals l-oħra jaslu minn Miguel Cassar, Sean Mifsud u Enrico Mallia.
Permezz ta’ din ir-rebħa, il-Maltin aċċertaw ruħhom minn post fil-fażi tal-aqwa 12-il tim tal-istess kampjonat.