Saturday, December 21, 2024

Waterpolo: Malta viċin il-kwalifikazzjoni għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta……………..28

Irlanda……………..4

(5-0, 8-0, 7-1, 8-3)

F’logħba valida mill-kwalifikazzjoni għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-waterpolo, it-team nazzjonali tal-waterpolo rriżulta bħala wisq b’saħħtu għal dak Irlandiż meta ħareġ rebbieħ bl-iskor kbir ta’ 28-4, f’partita li fiha l-Maltin ddominaw għal kollox u kienu diġá aċċertati mir-rebħa sa tmiem l-ewwel sessjoni hekk kif diġá kienu ħames goals minn fuq.

Malta kienet mingħajr il-player ta’ San Ġiljan Andreas Galea li ma kienx f’sikktu għal din il-partita. Għal pajjiżna spikkaw ferm il-captain Matthew Zammit u Jake Muscat, awturi ta’ sitt gola skull wieħed kif ukoll Ben Plumpton u Dino Zammit li rreġistraw poker personali kull wieħed.

Dan sabiex l-erba’ goals għall-Irlandiżi, wieħed fit-tielet sessjoni u tlieta l-oħra fl-aħħar waħda, waslu tlieta minn Stiofan McMahan u ieħor minn Mark Fitzgerald.  

Malta terġa’ tkun impenjata llum kontra l-Litwanja fis-6.30pm fejn jekk tirbaħ, tassiguara ruħha mill-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej, waqt li l-Ħadd tkun impenjata f’partita diffiċli kontra r-Rumanija fl-10.30am.

Il-Maltin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita fejn fl-ewwel sessjoni skorjaw ħamsa mingħajr risposta, bil-goals għalihom jaslu munn Jake Muscat (2), Matthew Zammit (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty u ż-żagħżugħ Matthew Mifsud.

Malta rebħet ukoll it-tieni sessjoni din id-darba b’punteġġ ta’ 8-0, bl-iskorers għalihom ikunu Jake Muscat (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, Zach Mizzi, Dino Zammit (2) bl-ewwel goal għalih jasal permezz ta’ lob delizzjuż u Matthew Zammit permezz ta’ lob ieħor u Ben Plumpton (2).

Fit-tielet sessjoni kompliet ix-xalata ta’ goals għall-Maltin fejn huma trijonfaw bl-iskor ta’ 7-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Matthew Zammit, Dino Zammit (2), Matthew Mifsud (2), bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty, Ben Plumpton u Jamie Gambin, bi Stiofan McMahon jiskorja l-ewwel goal fil-partita għall-Irlandiżi.

Malta għamlithom erbgħa minn erbgħa meta rebħet ukoll l-aħħar sessjoni b’punteġġ ta’ 8-2, bil-goals ghalihom jaslu minn Matthew Zammit (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Ben Plumpton, Jake Muscat (2), Jamie Gambin (2), Nikolai Zammit. Dan filwaqt li Stiofan McMahon (2) u Mark Fitzgerald sabu x-xibka għall-Irlandiżi.

Malta: 1-Nicky Grixti, 2-Jake Muscat (6), 3-Matthew Mifsud (3), 4-Jamie Gambin (3), 5-Darren Zammit, 6-Matthew Zammit (6), 7-Ben Plumpton (4), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Zach Mizzi (1), 12-Dino Zammit (4), 13-Jake Tanti Coach: Karl Izzo

Irlanda: 1-Eoin Doyle, 2-Barry Murphy, 3-Ciaran Walshe, 4-Christopher Devlin, 5-Matthew Hynes, 6-Adam Caulfield, 7-Stiofan McMahon  (3), 8-Max Connolly, 9-Eoin Bridgeman, 10-Mark Fitzgerald (1), 11-Aidan Mullaney, 12-Cillian Colvin, 13-Gaffney O’brien Coach: Goran Sablic

Referees: Erwin Schapper (Olanda), Tomi Kavcic (Slovenja)

Ekonomija

Sport