Monday, November 4, 2024

Waterpolo: Marsaskala champions tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valletta…………… 6

Marsaskala………. 9

(1-4, 3-2, 1-3, 1-0)

Marsaskala rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta fit-tieni play-off tal-finali għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 9-6 għal aggregate ta’ 2-0.

Marsakala għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals għalihom jaslu minn Mark Carani, Kyle Navarro, David Pace Lupi minn penalty u Jake Ciantar. Zachary Micallef skorja l-uni­ku goal għall-Beltin.

Iżda Valletta wettqu reaz­zjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals ikunu Da­niel Paolella, Zachary Micallef minn penalty u Kyle Cremona. David Pace Lupi minn penalty u Jake Ciantar wieġbu għall-Iskalin.

Marsaskala rritornaw għar-rebħ fit-tielet sessjoni bil-punteġġ ta’ 3-1, bl-iskor­ers ikunu Gerald Sammut, David Pace Lupi u Malcolm Manara permezz ta’ lob delizzjuż. Daniel Paolella skorja l-uniku goal għat-team immexxi mill-coach Joe Cremona.

Ir-raba’ sessjoni ntemmet bl-iskor mimimu ta’ 1-0 favur Valletta bil-goal uniku jasal minn Matthew Pace.

Wara l-partita il-Kap tal-IT fi ħdan il-Bank of Valletta, Joe Agius, ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Marsaskala, Jean Claude Cutajar, fil- preżenza tal-president tal-ASA Joe Caruana Curran, is-Segretarju Ġenerali Rita Azzopardi u s-Segretarju Par­­lamentari għall-Isport, Clifton Grima.

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace (1), 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil, 6-Zachary Micallef (2), 7-Daniel Paolellla (2), 8-Michele Mifsud, 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius, 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona (1), 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice – Coach: Joe Cremona

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro (1), 8-Malcolm Manara (1), 9-David Pace Lupi (3), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar (2), 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Stefano Fava, 15-Lucas Falzon – Coach: Arpad Babay

Referees: Neville Mercieca, Alessio Nicolai

Sport