Saturday, November 9, 2024

Waterpolo: Marsaskala fil-finali tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa konvinċenti fuq Marsaxlokk

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaskala ……. 14

Marsaxlokk ………7

(4-0, 4-0, 3-2, 3-5)

Marsaskala kisbu post fil-finali tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta reb­ħu s-semi-finali tal-play-off kontra Marsaxlokk bl-iskor konvinċenti ta’ 14-7, u kellhom klassifikazzjoni aħjar fil-kampjonat biex b’hekk evitaw li jilagħbu t-tieni play-off.

Huma rebħu l-ewwel tliet sessjoni bix-Xlukkajri jwieġbu fl-aħħar waħda.

Għalihom spikkaw David Pace Lupi u Gerald Sammut li skorjaw ħames goals u erba’ goals rispettivament.

Marsaskala għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’4-0 bil-goals jaslu minn David Pace Lupi (2) u Gerald Sammut (2).

Huma komplew jiddomi­naw u rebħu t-tieni sessjoni bl-istess skor bl-awturi tal-goals ikunu David Pace Lupi (2), Gerald Sammut u Mark Carani … biex il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa.

Minkejja li naqqsu r-ritmu l-Iskalin xorta waħda rebħu t-tielet sessjoni bil-punteġġ ta’ 3-2, bl-iskorer ikunu Gerald Sammut, Mark Carani u Ayrton Camenzuli. Timmy Agius u Max Zammit wieġbu għax-Xlukkajri.

Marasxlokk rebħu r-reba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-3 iżda Marsaskala qatt ma dehru f’xi periklu li setgħu jitilfu l-logħba. Il-goals waslu minn Max Zammit, Cain Cutajar, Dean Bugeja u Ryan Galea (2). Raoul Greco, Malcolm Manara u David Pace Lupi minn backhand stupend wieġbu għall-Iskalin.

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli (1), 5-Raoul Greco (1), 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara (1), 9-David Pace Lupi (5), 10-Gerald Sammut (4), 11-Jake Ciantar, 12-Mark Carani (2), 13-Aidan Muscat, 14-Stefano Fava, 15-Lucas Falzon – Coach: Arpad Babay

Marsaxlokk: 1-Sam Mifsud, 2-Russell Spiteri, 3-Cain Cutajar (1), 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja (1), 7-Max Zammit (2), 8-Luigi Mallia, 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (2), 11-Julian Valletta, 12-Enrico Mallia, 13-Miguel Farrugia, 14-Timmy Agius (1), 15-Alistair Cook Coach: Nenad Navarin

Referees: Neville Mercieca, Stefano Pinato

Sport