Sunday, December 22, 2024

Waterpolo: Marsaskala jagħmlu pass deċiżiv għar-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaskala…………..7

Valletta………………..1

(1-1, 0-0, 1-0, 5-0)

Fl-ewwel finali tal-play-off tal-Ewwel Diviżjoni, kienu Marsakala li ħarġu rebbieħa fuq Valletta bl-iskor ta’ 7-1, biex b’hekk għamlu pass deċisiv lejn ir-rebħ tal-kampjonat tal-istess diviżjoni.

Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet l-aktar partita li fiha rriżulta l-aktar skor baxx f’dan l-istaġun.

Tul ħinijiet twal fil-partita, iż-żewġ timijiet donnhon bdew jibżgħu jirriskjaw u jkunu avventurużi, fejn saħansitra sa tmiem it-tielet sessjoni l-iskor kien dak ta’ 2-1 favur l-Iskalin biex imbagħad fir-raba’ sessjoni skorjaw ħamsa mingħajr risposta.

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 1-1 bi Stephen Micallef jiskorja għal Valletta waqt li Kyle Navarro wieġeb għall-Iskalin.

It-tieni sessjoni ntemmet ukoll fi draw iżda din id-darba ta’ mingħajr goals.

Marsaskala rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor minimu ta’ bl-iskorer għalihom ikun David Pace Lupi.

L-Iskalin rebħu wkoll ir-raba’ u l-aħħar sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 5-0, bil-goals għalihom jaslu minn Jake Ciantar u David Pace Lupi (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Paul Privitera u Ayrton Camenzuli.

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli (1), 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro (1), 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (3), 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (1), 12-Mark Carani, 13-Aidan Muscat, 14-Stefano Fava, 15-Lucas Falzon Coach: Arpad Babay

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil, 6-Zachary Micallef, 7-Daniel Paolellla, 8-Michele Mifsud, 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius, 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice (1) Coach: Joe Cremona

Referees: Giuseppe Fusco, Richard Magri

Ekonomija

Sport