Sirens………………………..11
Marsaskala………………..12
(2-3, 3-2, 2-3, 4-4)
F’partita ferm bilanċjata u akkanita, Marsaskala ħasdu lil Sirens meta għelbuhom bl-iskor strett ta’ 12-11. Ta’ nota huwa l-fatt li permezz ta’ dan ir-riżultat, Valletta, ġew assigurati mir-raba’ post u b’hekk minn post fil-play-offs finali.
Marsasakala rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor strett ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Tamas Sedlmayerm (2) u Edoardo Manzi minn penalty. Matthias Pasztor u Gianni Farrugia wieġbu għal Sirens.
Fit-tieni sessjoni kienu Sirens li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals ikunu Pietro Figlioli (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Jake Ciantar u Ken Erdogan. Tamas Sedlmayerm u Edoardo Manzi minn man-up wara li tkeċċa Mikhael Cutajar wieġbu għal Marsaskala.
Marsaskala rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Jake Ciantar (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Pietro Figlioli, u Edoardo Manzi. Matthew Chircop u Pietro Figlioli sabu x-xibka għat-team minn San Pawl il-Baħar.
Kollox kellu jiġi deċiż fir-raba’ sessjoni, b’din tintemm fi draw ta’ 4-4, bil-goals għal Sirens jaslu minn Jerome Zerafa Gregory minn man-up wara li tkeċċa Kyle Navarro, Ken Erdogan ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Tamas Sedlmayerm, Jerome Zerafa Gregory u Pietro Figlioli minn penalty.
Dab sabiex għal Marsaskala wieġbu Jake Ciantar minn man-up wara li tkeċċa Matthias Azzoaprdi, Edoardo Manzi minn penalty, Daniel Tully u Jake Ciantar minn man-up wara li tkeċċa Ken Erdogan.
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan (2), 4-Pietro Figlioli (4), 5-Jerome Zerafa Gregory (2), 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop (1), 8-Gabriel Melillo, 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor (1), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cachia, 15-Gabriel Sammut Coach: Marko Orlovic
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Edaordo Manzi (4), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully (1), 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (4), 12-Mark Carani, 13-Aidan Muscat, 14-Tamas Sedlmayermi (3), 15-Jamie Pace Mizzi Coach: Arpad Babay
Referees: Vittorio Frauenfelder, Neville Mercieca