Saturday, November 16, 2024

Waterpolo: Marsaskala jegħlbu lil Marsaxlokk u jaqtgħu l-passaġġ għall-finali

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk………. 7

Marsaskala…….. 15

(0-3, 1-6, 3-3, 3-3)

Marsaskala rebħu d-derby tan-naħa t’isfel ta’ Malta meta għelbu lil Marsaxlokk 15-7 biex ikkwalifikaw għall-finali tan-Knock-Out.

Kienet partita mingħajr storja għall-ħinijiet twal, bl-Iskalin juru supremazija  assoluta fuq ix-Xlukkajri.

Marsaxlokk wettqu xi tip ta’ reazzjoni fit-tielet u r-raba’ sessjoni fejn irnex­xilehom iżommu lill-Iskalin darbtejn fi draw ta’ 3-3, iżda dan kien tard wisq għalihom biex b’xi mod jirkupraw id-distakk notevoli li kien hemm bejn iż-żewġ timijiet.

Għalihom spikka ferm il-player Malcolm Manara li skorja xejn inqas minn ħames goals.

L-Iskalin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals għalihom jaslu minn Malcolm Manara (2) u David Pace Lupi.

Huma komplew jiddominaw bis-sħiħ u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 6-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Jean Claude Cutajar, Mark Carani, Malcolm Manara, Ayrton Camenzuli, David Pace Lupi minn penalty u Raoul Greco. Cain Cutajar wieġeb għal Marsaxlokk.

Fit-tieliet sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bl-iskor indaqs ta’ 3-3, Ryan Galea minn penalty, Cain Cutajar u Luigi Mallia isibu x-xibka għal Marsaxlokk, waqt li Gerald Sammut, Malcolm Manara u David Pace Lupi wieġbu għall-Iskalin.

Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni ukoll intemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals għal Marsa­skala jaslu minn Mark Carani u Malcolm Manara (2). Dan filwaqt li Ryan Galea, Russell Spiteri u Luigi Mallia wieġbu għax-Xlukkajri.

Marsaxlokk: 1-Sam Mif­sud, 2-Russell Spiteri (1), 3-Cain Cutajar (2), 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit, 8-Luigi Mallia (2), 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (2), 11-Julian Valletta, 12-Alistair Cook, 13-Miguel Farrugia, 14-Sean Mifsud, 15-Rainer Scerri – Coach: Nenad Navarin

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Ayrton Camenzuli (1), 5-Raoul Greco (2), 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara (5), 9-David Pace Lupi (3), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar, 12-Mark Carani (2), 13-Aidan Muscat, 14-Stefano Fava, 15-Lucas Falzon – Coach: Arpad Babay

Referees: Raffaele Colombo, Richard Magri

Ekonomija

Sport