Friday, November 15, 2024

Waterpolo: Marsaskala jirbħu d-derby kontra Marsaxlokk

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaskala…………10

Marsaxlokk…………. 5

(1-1, 3-1, 4-1, 2-2)

Marsaskala rebħu dak li jista’ jitqies bħala d-derby tan-nofsinhar ta’ Malta meta għelbu lil Marsa­xlokk bl-iskor ta’ 10-5.

Għalihom spikkaw il- veteran Paul Privitera, David Pace Lupi u Jake Ciantar, li rreġistraw hat-trick personali kull wieħed.

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bl-iskor ta’ 1-1, bil-goal għal Marsaxlokk jasal minn Max Zammit waqt li David Pace Lupi wieġeb għall-Iskalin.

Marsaskala rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bl-iskorers ikunu David Pace Lupi (2) u Jake Ciantar. Dan filwaqt li Russell Spiteri irrisponda għal Mar­saxlokk.

L-Iskalin komplew jipproduċu logħob sabiħ u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-1 fejn għalihom il-veteran Paul Privitera irnexxielu jirreġistra hat-trick personali, bil-goal l-ieħor jasal minn Ayrton Camenzuli li kien qed jilgħab l-ewwel partita tiegħu matul dan l-istaġun wara li fil-part¯ita preċedenti kien indispost. Ryan Galea minn penalty wieġeb għax-Xlukkajri.

L-aħħar sessjoni, bħall- ewwel waħda, intemmet fi draw iżda din id-darba ta’ 2-2 bil-goals għall-Iskalin jaslu minn Jake Ciantar u David Pace Lupi minn penalty, waqt li Max Zammit u Dean Bugeja wieġbu għal Marsaxlokk.

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli (1), 4-Paul Privitera (3), 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (3), 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (3), 12-Mark Carani, 13-Aidan Muscat –  Coach: Arpad Babay

Marsaxlokk: 1-Sam Mifsud, 2-Russell Spiteri (1), 3-Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja (1), 7-Max Zammit (2), 8-Luigi Mallia, 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (1), 11-Julian Valletta, 12-Alistair Cook, 13- Miguel Farrugia – Coach: Nenad Navarin

Referees: Richard Magri, Domenico Rotondano

Ekonomija

Sport