Saturday, September 14, 2024

Waterpolo: Marsaxlokk jegħlbu lil Barracudas bi skor kbir

Aqra wkoll

Marsaxlokk………………..25

Barracudas………….……..13

(6-3, 5-2, 5-4, 9-4)

Marsaxlokk irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Barracudas meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 25-13.

Ix-Xlukkajri rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bil-goals għalihom jaslu mill-captain Sasa Misic, Alistair Cook (2), Ryan Galea, u Nikola Moskov (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty. Ivan Gusarov, T. J. Mifsud u Radovan Latinovic minn penalty wieġbu għal Barracudas.

Marsaxkokk rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 5-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Sasa Misic (2), Nikola Moskov (2) u Luigi Mallia. Paul Micallef u Aleandro Mifsud wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Fit-tielet sessjoni ġew reġistrati xejn inqas minn disa’ goals, b’Marsaxlokk ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4, bl-iskorers għalihom ikunu Alistair Cook (3) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Simon Apap, Nikola Moskov minn penalty u Luigi Mallia. Ivan Gusarov minn man-up wara li tkeċċa Julian Valletta, Paul Caruana Turner ukoll minn man-up wara li tkeċċa Max Zammit, Ivan Gusarov u Radovan Latinovic irrispondew għal Ta’ Xbiex.

Marsaxlokk għamlu l-‘en plain’ meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 9-4, bil-goals għalihom jaslu minn Ryan Galea, Julian Valletta, Nikola Moskov (3) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Ryan Sciortino, Julian Valletta, Sasa Misic, Enrique Bonnici u Jamie Borg Tabone. Dan sabiex il-goals għal Barracudas waslu minn Aleandro Mifsud minn man-up wara li tkeċċa Max Zammit, Simon Apap, il-captain Paul Micallef u Ivan Gusarov minn man-up wara li tkeċċa Giancarlo Gatt.

Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Jamie Borg Tabone (1), 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia, 5-Nikola Moskov (8), 6-Julian Valletta (2), 7-Max Zammit (2), 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea (2), 10-Sasa Misic (4), 11-Enrique Bonnici (1), 12-Luigi Mallia (2), 13-Myron Brimmer, 14-Alistair Cook (5), 15-Giancarlo Gatt Coach: Aleksandar Ciric

Barracudas: 1-Isaac Schembri, 2-Paul Caruana Turner (1), 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef (2), 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino, 7-Ivan Gusarov (4), 8-Radovan Latinovic (2), 9-Charles Bugeja, 10-Simon Apap (1), 11-Aleandro Mifsud (2), 12-T. J. Mifsud (1), 13-Max Borg, 14-Thomas Perici Ferrante, 15-William Ruggier Coach: Keith Grima Scott

Referees: Alessandro Carrer, Ronnie Spiteri

Ekonomija

Sport