Minn Cristian Muscat
Marsaxlokk………………………….. 13
Barracudas……………………………. 6
(2-1, 5-1, 2-0, 4-4)
Marsaxlokk ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Barracudas bl-iskor ta’ 13-6.
Dawn tal-aħħar irnexxielhom iżommu l-psss mal-avversarji sa tmiem l-ewwel sessjoni iżda x-Xlukkajri ħadu r-riedni tal-logħba kompletament f’idejhom. Dan għalkemm fir-raba’ sessjoni, Barracudas ukoll ipproduċew wirja pożittiva tant li żammew lix-Xlukkajri fi draw ta’ 4-4 li għalihom spikka Timmy Agius li rreġistra hat-trick personali.
Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 b’goals minn Ryan Galea.Ascanio Piccione skorja l-uniku goal għal Barracudas.
Ix-Xlukkajri komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u rebħu t-tieni sessjoni 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu Timmy Agius (2), Max Zammit, Luke Saliba u Dean Bugeja. Dalton Camilleri skorja l-uniku goal għat-team immexxi minn Michael Scerri.
It-team minn nofsinhar ta’ Malta rebaħ ukoll it-tielet sessjoni 2-0 fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu ismhom fuq il-lista tal-iskorers Luigi Mallia u Max Zammit.
Bir-rebħa diġá assigurata, Marsaxlokk naqqsu mir-rendiment tagħhom fir-raba’ u l-aħħar sessjoni u fil-fatt sfaw miżmuma fi draw ta’ 4-4, bil-goals għal Barracudas jaslu minn Andrew Magri minn penalty, Jeremy Bugeja, Sean Aquilina u Paul Micallef.
Luke Saliba, Alistair Cook (2) u Timmy Agius wieġbu għax-Xlukkjari.
Marsaxlokk: 1-Sam Mifsud, 2-Russell Spiteri, 3-Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja (1), 7-Max Zammit (2), 8-Luigi Mallia (1), 9-Luke Saliba (1), 10-Ryan Galea (2), 11-Julian Valletta, 12-Enrico Mallia (1), 13-Miguel Farrugia, 14-Timmy Agius (3), 15-Alistair Cook (2) – Coach: Nenad Navarin
Barracudas: 1-Matthew Gouder, 2-Ascanio Piccione (1), 3-Andrew Magri (1), 4-Paul Micallef (1), 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino, 7-Sean Aquilina (1), 8-Luke Galea, 9-Dalton Camilleri (1), 10-Sean Camilleri, 11-Jeremy Bugeja (1), 12-T. J. Mifsud, 13-Claude Bugeja, 14-Larkin Abela Coach: Michael Scerri
Referees: Attilio Paoletti, Stefan Licari