Exiles………….8
Neptunes…..16
(0-2, 3-5, 3-5, 2-4)
Neptunes xejn ma tħabtu biex kisbu post fil-finali meta għelbu lil Exiles bl-iskor kbir ta’ 16-8, biex b’hekk fil-finali se jkunu qed jaffrontaw lill-ġirien iżda rivali eterni, San Ġiljan.
Ta’ nota huwa l-fatt li f’din il-partita, il-goalkeeper ta’ Exiles, Alan Borg Cole, kien qed jaffronta proprju lill-eks tiegħu, Neptunes, li magħhom rebaħ kull unur possibli li joffri l-waterpolo lokali.
Għal Neptunes l-aqwa skorers kienu l-captain Stevie Camilleri u Luigi Mallia, li skorjaw tliet goals kull wieħed, waqt li għal Exiles spikka ferm Kostantin Averka, li rreġistra poker personali.
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze 1 , G. Zalanki , L. Mallia 3, J. Camilleri 1, J. Valletta 2, S. Camilleri 3, M. Castillo 1 , B. Schranz, J. Bajada 1 , A. Fenech 2, M. Azzopardi 2, M. Rossi, E. Mallia.
Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef, D. Pace Lupi 1, T. Agius 1, M. Martellacci, M. Fenech, K. Griscti 1, K. Averka 4, K. Tanti, K. Navarro, D. Zahra 1, G. Galea Curmi, L. Hyzler.
Refs D. Bianco, M. Angilleri.