Neptunes…….22
Sliema…………21
(5-5, 4-2, 3-5, 2-2 – 8-7)
Neptunes kisbu post fil-finalissima kontra l-ġirien izda rivali eterni San Ġiljan, li se tkun qed tintlagħab fuq l-aħjar minn tlieta, meta fil-play-off deċisiva għelbu lir-rivali Sliema bl-iskor ta’ 22-21 wara l-għoti tal-penalties.
B’hekk, din kienet ir-raba’ telfa konsekuttiva għal Sliema, biex b’hekk issa l-kampjonat huwa mitmum għalihom u jittamaw li jtemmu l-istaġun fuq nota pożittiva billi jirbħu n-Knock-Out.
Għal Neptunes, l-aqwa skorer kien l-Ungeriż Gergo Zalanki, li rreġistra poker personali, waqt li għal Sliema spikka ferm il-Grieg Angelos Vlachopoulos b’ħames goals.
Mill-penalties għal Sliema skorjaw Angelos Vlachopoulos (2), Dino Zammit, Liam Galea (2), Jayden Cutajar, Andreas Galea, li iżda kien falla l-ewwel tentattiv tiegħu u l-istess Dino Zammit fit-tieni tentattiv tiegħu li raw lill-goalkeeper ta’ Neptunes Matthew Castillo isalva tajjeb. Jayden Cutajar falla l-penalty deċisiv hekk kif ra lil Castillo jerġa’ jsalva tajjeb.
Dan filwaqt li għal Neptunes sabu x-xibka Gergo Zalanki (2), Sam Gialanze (2), Julian Valletta (2), Alec Fenech (2), iżda falla għalihom żewġ penalties il-captain Stevie Camilleri li fid-darbtejn li huma ra lill-goalkeeper ta’ Sliema, Nicky Grixti, isalva bi bravura.
Ta’ nota huwa l-fatt li qabel din il-play-off ġiet osservata minuta silenzju ad unur il-mibkija iżda qatt minsija Alex Stellini li huwa eks plejer ta’ Neptunes u missier l-eks plejer tal-istess tim, Michele Stellini, kif ukoll Victor Pace li kien il-president ta’ Ta’ Xbiex Asc, u li ħallew din id-dinja iktar kmieni matul din il-ġimgħa.
Neptunes: 1-Matthew Castillo, 2-Sam Gialanze (1), 3-Gergo Zalanki (4), 4-Luigi Mallia, 5-Jordan Camilleri (3), 6-Julian Valletta (1), 7-Stevie Camilleri (2), 8-Mark Castillo (1), 9-Ben Schranz, 10-Jake Bajada, 11-Alec Fenech, 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Marco Rossi, 14-Enrico Mallia
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Elijah Schembri (1), 3-Liam Galea (3), 4-Jamie Gambin, 5-Jayden Cassar (1), 6-Benji Cachia (1), 7-Jayden Cutajar (3), 8-Daniel Rizzo, 9-Andreas Galea, 10-Angelos Vlachopulos (5), 11-Dino Zammit, 12-Jamie Chircop, 13-Benji Busuttil, 14-Sam Engerer
Referees: Alex De Raffaele, J. Bourges