San Ġiljan…………………7
Neptunes………………..11
(1-4, 2-1, 3-4, 1-2)
Fid-derby tant mistenni tal-Balluta, Neptunes taw l-ewwel telfa lil San Ġiljan meta għelbuhom bl-iskor ta’ 11-7, bl-ewwel sessjoni tkun detrimentali għall-Ġiljaniżi hekk kif tilfuha b’distakk ta’ tliet goals.
Neptunes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals għalihom jaslu minn Filip Filipovic minn penalty, Jake Muscat, Stevie Camilleri u Aleksandar Ivovic. Maro Jokovic minn penalty skorja l-uniku goal għall-Ġiljaniżi.
San Ġiljan wettqu reazzjoni tajba fit-tieni sessjoni u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Maro Jokovic (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty. Filip Filipovic wieġeb għal Neptunes.
Neptunes irritornaw għar-rebħ fit-tielet sessjoni fejn għamlu dan bl-iskor ta’ 4-3, bil-goals għalihom jaslu minn Stevie Camilleri, Jake Muscat minn man-up wara li tkeċċa Maro Jokovic, Filip Filipovic ukoll minn man-up wara li tkeċċa Jeremy Abela u Jake Muscat għal darb’oħra minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Ben Plumpton. Dan filwaqt li għas-Saints skorjaw Aaron Younger, Maro Jokovic u Nicholas Bugelli.
Neptunes rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers għalihom ikunu Jake Muscat minn man-up wara li tkeċċa l-captain Matthew Zammit u Filip Filipovic. Ben Plumpton skorja l-goal waħdani għall-Ġiljaniżi.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (1), 3-Andreas Galea, 4-Ben Plumpton (1), 5-Maro Jokovic (4), 6-Matthew Zammit, 7-Jake Bonavia, 8-Aaron Younger (1), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit, 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana, 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Kelvin Calleja Coach: Zeljko Kovacic
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (4), 3-Sam Gialanze, 4-Gabriel Pace, 5-Mark Castillo, 6-Jake Bajada, 7-Stevie Camilleri (2), 8-Jordan Camilleri, 9-Aleksandar Ivovic (1), 10-Filip Filipovic (4), 11-Alec Fenech, 12-Enrico Mallia, 13-Marco Rossi, 14-Dean Bugeja, 15-Andreas Fava Coach: Dorian Pisani
Referees: Vittorio Frauenfelder, Massimo Angileri