Sliema……………….11
Neptunes…………..12
(3-2, 3-4, 1-2, 4-4)
Neptunes rebħu l-ewwel konfront dirett tal-istaġun meta għelbu lil Sliema bl-iskor strett ta’ 12-11.
Kienu Sliema li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Dmitri Kholod minn penalty, Andrija Prlainovc u Dino Zammit. Filip Filipovic u Aleksandar Ivovic minn penalty wieġbu għal Neptunes.
Neptunes wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bl-awturi tal-goals ikunu Aleksandar Ivovic (3) bit-tielet goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Jamie Gambin u Filip Filipovic ukoll minn man-up wara li tkeċċa Dino Zammit. Dmitri Kholod minn man-up wara li tkeċċa Jake Muscat u Andrija Prlainovic wieġbu għas-Slimiżi.
Neptunes ittrijonfaw ukoll fit-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers għalihom ikunu Aleksandar Ivovic u Filip Filipovic minn man-up wara li tkeċċa Dmitri Kholod. L-istess Dmitri Kholod skorja l-uniku gool għal Sliema.
Ir-raba’ sessjoni pproduċiet xejn inqas minn tmien goals b’din tintemm fi draw ta’ 4-4, bil-goals għas-Slimiżi jaslu minn Andrija Prlainovic u Dmtri Kholod (3), bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Aleksandar Ivovic u t-tielet ukoll minn man-up wara li tkeċċa Jake Muscat.
Dan sabiex il-captain Stevie Camilleri (2), l-ewwel minn man-up wara li tkeċċa Jamie Gambin, u t-tieni wkoll minnn man-up wara li tkeċċa Jayden Cutajar, Jake Muscat ukoll minn man-up wara li tkeċċa Liam Galeaa u Aleksandar Ivovic wieġbu għal Neptunes.
Sliema:1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta, 3-Liam Galea, 4-Jamie Gambin, 5-Zach Mizzi, 6-Benji Cachia, 7-Jayden Cutajar, 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Dmitrii Kholod (6), 11-Andrija Prlainovic (4), 12-Dino Zammit (1), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri Coach: Dejan Savic
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (1), 3-Sam Gialanze, 5-Mark Castillo,, 6-Jake Bajada, 7-Stevie Camilleri (2), 8-Jordan Camilleri, 9-Aleksandar Ivovic (6), 10-Filip Filipovic (3), 11-Alec Fenech, 12-Enrico Mallia, 13-Marco Rossi, 14-Dejan Bugeja, 15-Andreas Fava Coach: Dorian Pisani
Referees: Attilio Paoletti, Massimo Angileri