Valletta…………………6
Neptunes……………14
(1-4. 1-3, 2-4, 2-3)
Neptunes iddominaw u għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 14-6.
Neptunes rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, b’goals minn Stevie Camilleri (2) u Filip Filipovic (2). Ivan Nagaev skorja l-uniku goal għat-team mill-kapitali.
Neptunes rebħu t-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers ikunu Jake Muscat, Aleksanadr Ivovic u Sam Gialanze. Jayden Cassar skorja għall-Beltin.
It-team mill-Balluta ttrijonfa wkoll fit-tielet sessjoni din id-darba b’punteġġ ta’ 4-2, bl-iskorers ikunu Filip Filipovic, San Gilanze, Jake Muscat u Stevie Camilleri. Il-captain Daniel Paolella minn man-up wara li tkeċċa Dean Bugeja u Kieyan Borg wieġbu għall-Beltin.
Neptunes rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor strett ta’ 3-2, grazzi għal goals minn Alec Fenech, Filip Filipovic u Enrico Mallia. Daniel Rizzo u Julian Circhop sabu x-xibka għall-Beltin.
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo (1), 4-Jayden Cassar (1), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic, 7-Daniel Paolella (1), 8-Ivan Nagaev (1), 9-Stephen Micallef, 10-Julian Chircop (1), 11-Kieyan Borg (1), 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco Coach: Joe Cremona
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (2), 3-Sam Gialanze (2), 4-Gabriel Pace, 5-Mark Castillo, 6-Jake Bajada, 7-Stevie Camilleri (3), 8-Jordan Camilleri, 9-Aleksandar Ivovic (1), 10-Filip Filipovic (4), 11-Alec Fenech (1), 12-Enrico Mallia (1), 13-Marco Rossi, 14-Dejan Bugeja, 15-Andreas Fava Coach: Dorian Pisani
Referees: Ronnie Spiteri, Fabio Brasiliano