Neptunes………………..18
Birzebbugia………………9
(5-2, 4-0, 5-3, 4-4)
Neptunes irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Birzebbigia meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 18-9.
It-team mill-Balluta rebaħ l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2 b’goals minn Jake Muscat minn man-up wara li tkeċċa Neil Cassar, Aleksandar Ivovic (2), Mark Castillo u Filip Filipovic. Darko Brguljan li kien qed jilgħab proprju kontra l-ex team tiegħu u Malcolm Manara wieġbu għat-team min-nofsinhar ta’ Malta.
Neptunes komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskoersr ikunu l-captain Stevie Camilleri, Jake Muscat, Aleksandar Ivovic u Sam Gialanze minn man-up wara li tkeċċa Giuseppe Mannino.
Neptunes rebħu t-tielet sessjoni bl-isksor ta’ 5-3, bil-protagonisti jkunu Stevie Camilleri (3) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Neil Cassar, Filip Filipovic u Aleksandar Ivovic. Giuseppe Mannino, Peter Borg u Keith Tanti wieġbu għal Birzebbugia.
Bir-rebħa diġá aċċertata, Neptunes naqsu ftit mir-rendiment fl-aħħar sessjoni, u sfaw miżmuma fi draw ta’ 4-4 minn Birzebbugia, bl-iskorers għal Neptunes ikunu Filip Filipovic, Gabriel Pace (2) u Enrico Mallia. Keith Tanti (2), Darko Brguljan u Balazs Erdelyi rrispondew għal Birzebbugia.
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (2), 3-Sam Gialanze (1), 4-Gabriel Pace (2), 5-Mark Castillo (1), 6-Jake Bajada, 7-Stevie Camilleri (4), 8-Jordan Camilleri, 9-Aleksandar Ivovic (4), 10-Filip Filipovic (3), 11-Alec Fenech, 12-Enrico Mallia (1), 13-Marco Rossi, 14-Dejan Bugeja, 15-Andreas Fava Coach: Dotian Pisani
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (1), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Darko Brguljan (2), 6-Malcolm Manara (1), 7-Russell Spiteri, 8-David Cuatjar, Balazs Erdelyi (1), 9-Keith Tanti (3), 10-Giuseppe Mannino (1), 11-Miguel Curmi, 12-David Cleavon Borg, 13-14-Jacob Sciberras, 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg
Referees: Massimo Angileri, Andrea Torneo