San Ġiljan……..…….15
Exiles………….………..6
(5-2, 4-1, 3-2, 3-1)
San Ġijan komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta għelbu l-isfida ta’ Exiles bl-iskor kbir ta’ 15-6.
M’hemmx dubju li dan ir-riżultat huwa indikazzjoni ċara oħra li huma se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu.
Għalihom spikkaw Ben Plumpton u Nikolai Zammit li skorjaw ħames goals u erba’ goals rispettiavment.
San Ġiljan għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals jaslu minn Peter Borg, Ben Plumpton (2), Nikolai Zammit u Mattias Ortoleva. Il-captain Kurt Griscti u Jake Bajada wieġbu għal Exiles.
Huma komplew jiddominaw u rebħu wkoll it-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bl-iskorers ikunu Ben Plumpton (2), Andreas Galea u Nikolai Zammit. Matteo Martellacci skorja l-uniku goal għal Exiles.
Is-Saints rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, permezz ta’ Ben Plumpton u Nikolai Zammit minn penalty u Andreas Galea wkoll minn penalty. Iż-żewġ goals għal Exiles waslu mill-player veteran Timmy Sullivan u Mark Fenech.
It-team immexxi mill-coach Kroat Zeljko Kovacic rebaħ ukoll ir-raba’ sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals għalihom jaslu minn Russell Caruana (2) u Nikolai Zammit. Kurt Griscti rrisponda għal Exiles.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg (1), 3-Andreas Galea (2), 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana (2), 6-Matthew Zammit, 7-Ben Plumpton (5), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia, 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli, 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (1), 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic
Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba, 3-Luke Gialanze, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan(1), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti (2), 9-Niki Paris, 10-Jake Bajada (1), 11-Max Aquilina, 12-David Fenech, 13-Gianluca Borg, 14-Matteo Martellacci (1), 15-Liam Pursehouse Coach: Aurelien Cousin
Referees: Pasquale Rogondino, Stefan Licari