San Ġiljan……………..13
Neptunes………………..7
(2-2, 4-2, 2-0, 5-3)
San Ġiljan saru champions tal-waterpolo għat-13-il darba fl-istorja meta fit-tieni finali tal-play-offs għelbu lil Neptunes bl-iskor ta’ 13-7. Dan wara li fl-ewwel logħba kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 12-10. B’hekk rebħu l-ħames tazzi kollha matul dan l-istaġun waqt li kisbu d-double, jiġifieri r-rebħ tal-kampjonat u tan-knock-out, għat-tieni sena konsekuttiva.
L-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2, bil-goals għal San Ġiljan jaslu minn Jake Bonavia minn man-up wara li tkeċċa Jordan Camilleri u Maro Jokovic. Il-captain Stevie Camilleri minn man-up wara li tkeċċa Aaron Younger u Filip Filipovic ukoll minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton wieġbu għal Neptunes.
San Ġiljan rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bl-iskorers għalihom ikunu Andreas Galea (2) minn żewg man-ups l-ewwel wara li tkeċċa Jake Muscat u mbagħad meta tkeċċa Gabriel Pace u Ben Plumpton (2). Dan filwaqt li għal Neptunes sabu x-xibka, Sam Gialanze minn man-up wara li tkeċċa Nicholas Bugelli u Jake Muscat.
Fit-tielet sessjoni, is-Saints ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Aaron Younger.
San Ġiljan komplew jiddominaw u rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bl-awturi tal-goals ikunu Maro Jokovic, Ben Plumpton (2), Nikolai Zammit minn back-hand stupend, u Andreas Galea. Filip Filipovic, Alec Fenech u Jake Muscat minn man-up wara li tkeċċa Matthew Zammit skorjaw għal Neptunes.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli, 3-Andreas Galea (3), 4-Ben Plumpton (4), 5-Maro Jokovic (2), 6-Matthew Zammit, 7-Jake Bonavia (1), 8-Aaron Younger (2), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana, 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (2), 3-Sam Gialanze (1), 4-Gabriel Pace, 5-Mark Castillo, 6-Jake Bajada, 7-Stevie Camilleri (1), 8-Jordan Camilleri, 9-Aleksandar Ivovic,10- Filip Filipovic (2), 11-Alec Fenech (1), 12-Enrico Mallia, 13-Matthew Rossi, 14-David Bugeja, 15-Andreas Fava Coach: Dorian Pisani
Referees: Raffaele Colombo, Alex DeRaffaele