Sunday, November 24, 2024

Waterpolo: San Ġiljan fil-finali kontra Neptunes

Aqra wkoll

Sam Ġiljan……………14

Sliema………………….11

(2-0), (4-5), (6-2), (2-4)

San Ġiljan komplew jiddominaw meta għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 14-11. B’hekk wara li kienu diġá għelbuhom preċendentament, ma kienx hemm bżonn tat-tieni leg tal-play-off u b’hekk, is-Saints se jkunu qed jaffrontaw ll Neptunes fil-play-off al-finali. B’hekk intemm staġun ieħor kollox ma’ kollox diżappuntanti għal Sliema.

Għal San Ġiljan, l-aqwa skorers, kienu Aaron Younger, Nikolai Zammit u Maro Jokovic li rreġisraw hat-trick personali.

Dan sabiex Dmitri Kholod kien l-aqwa skorer għal Sliema, meta skorja wkoll tliet goals. Ta’ nota huwa l-fatt li lejn l-aħħar tal-partita, l-istess Dmitri Kholod kellu penalty salvat bi bravura mill-goalkeeper ta’ San Ġiljan, Jake Tanti.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (2), 3-Andreas Galea, 4-Ben Plumpton (1), 5-Maro Jokovic (3), 6-Matthew Zammit, 7-Jake Bonavia (1), 8-Aaron Younger (3), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (3), 11-Darren Zammit (1), 12-Russell Caruana, 13-Gabriel Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (1), 3-Liam Galea (1), 4-Jamie Gambin, 5-Zach Mizzi, 6-Benji Cachia (3), 7-Jayden Cutajar, 8-Matthew Mifsud (1), 9-John Brownrigg (1), 10-Dmitri Kholod (3), 11-Andrija Prlainovic, 12-Dino Zammit, 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri, 15-David Engerer Coach: Dejan Savic

Referees: Fabio Ricciotti, Peter Balzan

Sport